Ċiklisti Għawdxin jagħmlu suċċess

  • Set 16, 2019 19:02
  • Miktub minn iNews
"

    Numru ta’ ċiklisti membri tal-Gozo Cycling Club kellhom żjara ta’ korteżija mal-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana li ferħitilhom għas-suċċessi li kellhom matul dan l-istaġun meta spiċċaw champions nazzjonali fil-kompetizzjonijiet organizzati mill-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu.

    Il-Ministru Caruana qalet li bil-parteċipazzjoni tagħhom fuq livelli nazzjonali u internazzjonali, dawn iż-żgħażagħ qed ikomplu jgħollu isem Għawdex u qed jagħmlu isem għalihom ukoll. Il-Ministru appellat biex aktar tfal u żgħażagħ jipprattikaw xi dixxiplina sportiva fejn illum il-ġurnata l-għażla hi waħda vasta u bogħod minn dixxiplini sportivi tradizzjonali.

    Il-Ministru Caruana kkonkludiet li l-gvern dejjem kellu għal qalbu l-qasam sportiv u dan hu evidenti bin-numru ta’ proġetti relatati mal-isports li qed jiġu implimentati.

    Iċ-ċiklisti li pparteċipaw u ħarġu rebbieħa huma Brandon Sultana li spiċċa champion ta’ Malta tal-kategorija ġdida ta’ taħt it-23 sena fid-dixxiplina tat-time trial b’total ta’ 550 punt minn massimu ta’ 600. Apparti dan, Brandon Sultana minn din is-sena jinsab fil-grupp tat-tim nazzjonali Malti tal-kbar. Joseph Mifsud min-naħa tiegħu spiċċa ċ-champion nazzjonali tar-road race tal-istess kategorija b’total ta’ 515 punt. Darren Sultana min-naħa l-oħra spiċċa champion tar-road race ta’ taħt is-16-il sena b’total ta’ 575 punt. Kull kampjonat kien jikkonsisti fi tliet tiġrijiet f’dati differenti.

    Ma’ dawn it-tliet champions nazzjonali kien preżenti wkoll it-tfajjel ta’ għaxar snin, Jacob Zerafa li għadu kif ħa sehem fil-kompetizzjoni Alpe Adria tal-BMX li saret f’Muhlen, l-Awstrija, fejn spiċċa fis-sitt post minn fost 21 parteċipant.

    Jakkumpanjaw lil dawn iċ-ċiklisti kien hemm Joe Bajada, Segretarju Ġenerali tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu u Adrian Farrugia, President tal-Gozo Cycling Club.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0