Seminar f’Għawdex dwar Inċentivi tat-Taxxa fuq Pensjonijiet Korporattivi u Personali

  • Set 16, 2019 17:31
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Bank of Valletta b’kollaborazzjoni mal-Gozo Chamber of Commerce se jkun qed jorganizza seminar dwar “Inċentivi fiskali fuq Pensjonijiet Korporattivi u Personali” nhar is-26 ta’ Settembru 2019 fl-Institute of Tourism Studies fil-Qala, Għawdex.

    Wara snin twal ta' ħidma, ħafna nies iħarsu b’ħerqa lejn irtirar komdu, u jimmiraw li jżommu l-istess livell ta' għajxien ta’ qabel l-irtirar. Huwa fatt magħruf li persuna teħtieġ mill-inqas żewġ terzi tad-dħul qabel l-irtirar sabiex iżżomm l-istess stil ta' ħajja wara li tieqaf mill-impjieg. Pero mhux kulħadd ikun eliġibbli biex jirċievi żewġ terzi tad-dħul kurrenti.

    Matul dan is-seminar ser tingħata informazzjoni dwar dan is-suġġett. David Spiteri Gingell, Konsulent Amministrattiv, ser ikun qed jiddiskuti skemi ta' rtirar volontarji fuq ix-xogħol u edukazzjoni finanzjarja għall-impjegati, filwaqt li Mario Farrugia mill-Bank of Valletta ser jitkellem dwar l-inċentivi ta’ taxxa fuq it-twaqqif ta’ pensjonijiet korporattivi u dawk personali.

    Il-Ministru ta' Għawdex, l-Onor Dr Justyne Caruana u l-President tal-Gozo Chamber of Commerce Joseph Borg, se jkunu wkoll qed jindirizzaw lill-parteċipanti.

    Dan is-seminar huwa mingħajr ħlas. Għal aktar informazzjoni u biex tirreġistra jekk jogħġbok ibgħat imejl lil info@gozobusinesschamber.org jew ċempel fuq 21550305.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0