Tħawwil ta’ 13,000 siġra u arbuxell fi Ġnien il-Mediterran, Raħal Ġdid

  • Set 16, 2019 16:19
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima José Herrera flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet Silvio Parnis żaru x-xogħlijiet li qed jsiru minn Ambjent Malta fi Ġnien il-Mediterran.

    Il-Ministru Herrera ħabbar li hekk kif issa għaddew il-ġranet sħan tas-sajf, Ambjent Malta kompliet minnufih b’xogħol ta’ tħawwil ta’ siġar fejn fiż-żoni identifikati se jitħawlu ‘l fuq minn 40,000 siġra u arbuxell fil-ġimgħat u xhur li ġejjin. Proprju f’dan il-ġnien, tneħħa radam li kien jinsab fis-sit, sar xogħol ta’ żbir ta’ siġar eżistenti, xogħol ta’ tħawwil ta’ siġar, kif ukoll sistema ta’ irrigazzjoni. B’kollox se jitħawlu madwar 13,000 siġar indiġeni, siġar tal-frott u arbuxelli. Il-Ministru Herrera saħaq li l-ministeru tiegħu għandu impenn kbir sabiex ikompli jħaddar lil Malta u matul ix-xhur li ġejjin se jkomplu jħawwlu aktar siġar anka fl-urban.

    Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet Silvio Parnis qal li dan huwa wieħed mill-akbar ġonna fin-naħa ta’ isfel ta’ Malta, imma sfortunatament ftit huma dawk li jafu bih. Is-segretarju parlamentari qal li biż-żoni pedonali, biż-żieda sostanzjali ta’ siġar, bil-ġibjun li diġà nbena, bis-sistema ta’ irrigazzjoni li qed tiġi installata, u b’żidiet kruċjali oħra, dan il-ġnien qed jinbidel fi ġnien tal-ogħla livell. Meta jkun lest, dan il-ġnien ta’ madwar 30 tomna, għandu jservi bħala post ta’ rikreazzjoni għal kull min iżur din il-lokalità u jagħti spinta lin-naħa ta’ isfel ta’ Malta.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0