L-Avukat Joe Brincat b'rikors ġuramentat kontra l-MFSA

  • Set 16, 2019 14:58
  • Miktub minn iNews
"

    L-eks Membru Parlamentari u Deputat Mexxej tal-Partit Laburista, l-Avukat Joe Brincat, ippreżenta talba ta' intimazzjoni kontra l-Kap Eżekuttiv tal-Awtorita Maltija tas-Servizzi Finanzjarji, Joseph Cuschieri, biex jitwaqqfu ħlasijiet li qegħdin jiġu offruti bħala golden handshake lil impjegat tal-MFSA.

    Dr Brincat, li huwa fil-preżent membru tal-Bord tad-Diretturi tal-istess MFSA, saħaq li l-flus li sejrin jiġu intużati mill-Awtorita għal dawn l-iskemi ta' rtirar kmieni jipprovjenu "in parti minn flejjes li jkun ivvota fuqhom il-Parlament, u dan mill-Fond Konsolidat. Ħadd m'għandu l-jedd kontra r-rieda tal-Parlament li jdawwar dawk il-flejjes mod ieħor milli kif awtorizzat mill-istess Parlament."

    Brincat semma numru ta' rapporti li dehru f'ġurnali lokali, fosthom impjegat tal-Awtorita li allegatament ingħata eluf biex jirtira kmieni mill-kariga preċedenti li kellu, biex imbagħad ftit tal-ġimgħat wara ingħata impjieg ieħor f'aġenzija anċillarji. Rapporti oħra saħqu li l-MFSA kienet sejra tagħti mal-€1.2 lil numru ta' impjegati, bħala parti minn din l-iskema tal-irtirar kmieni.

    L-avukat Brincat saħaq li biex isir ħlas bħal dan, "irridu jittieħdu flejjes li kienu destinati għall-ħwejjeġ oħra. Illi dan huwa reat, għaliex il-flus li ġew fdati f'idejk kellhom jintużaw għal skop speċifiku, u ma kinux forma ta' "blank cheque" f'idejk."

    "IL-kontroll tal-infiq tal-flejjes pubbliċi hija bażika għas-saltna tad-dritt, għax jekk amministratur jħossu li mhix marbut bl-ebda regoli, imma jagħmel li jrid bi flejjes pubbliċi, ikun qiegħed ikisser kull prinċipju ta' konvivenza regolata f'soċjeta, barra li jġib għajb fuq l-amministrazzjoni governattiva tal-pajjiż."

    Brincat akkuża lil Cuschieri talli "ħallejt lill-ġurnali u lill-politiċi jattakkaw lill-gvernm neta taf li ma kellu jaħti xejn l-ebda membru tal-Gvern, u kienet ir-responsabbilita tiegħek li terfa l-piż, skont il-kariga eżekuttiva tiegħek."

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0