Id-determinazzjoni ta' Jake twassal biex jinġabru €3,000 b'risq klieb abbandunati

  • Set 16, 2019 14:24
  • Miktub minn iNews
"

    L-atleta Fabio Spiteri fl-aħħar ħin qasam il-ħsieb tiegħu mal-poplu Malti u Għawdxi dwar Jake Vella u d-determinazzjoni tiegħu.

    Jake Vella ilu erba’ snin jipparteċipa fi triathlon, iżda minħabba kundizzjoni li jbati minnha din is-sena huwa kellu jieqaf jiġri u jsuq ir-rota minħabba rkopptejh.

    Minkejja dan huwa qatt ma qata’ qalbu. Huwa beda jitħarreġ aktar fl-għawm u waqt li aktar kmieni din is-sena kien qiegħed l-ITU wera x-xewqa li jagħmel sfida li sservi ta’ eżempju għal ħaddieħor.

    Spiteri spjega li waqt li tfal oħra kienu qegħdin jilagħbu, u persuni oħra jsegwu t-televżjoni, it-tfajjel kien qiegħed jgħum distanza ta’ 1.7 Kilometri għal kawża ġusta.

    Grazzi għal din l-isfida u d-determinazzjoni ta’ Jake, inġabret is-somma sabiħa ta’ €3,000 b’risq klieb abbandunati.

    Jake jinsab verament kuntent b’dak li rnexxielu jwettaq u determinat li s-sena d-dieħla jkun jiflaħ jagħmel xi ħaġa akbar minn hekk.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0