L-E.T. il-President George Vella dalgħodu kellu udjenza privata mal-Papa Franġisku fis-Santa Sede.
F’kumment wara l-udjenza mal-Papa, il-President Vella esprima s-sodisfazzjon għal-laqgħa li kellu u ddesriva lill-Qdusija Tiegħu bħala persuna tassew qrib il-poplu. Il-President Vella qal li ħassu qed jitkellem ma’ xi ħadd li jaf u jifhem sew il-ħajja u l-kultura tal-poplu Malti.
Wara l-laqgħa, mart il-President is-Sinjura Miriam Vella u wliedu – Claire, Elaine u George, kif ukoll il-Ministru għall-Edukazzjoni u s-sinjura Bartolo, kif ukoll d-delegazzjoni kollha Maltija kellhom l-opportunità li wkoll jiltaqgħu mal-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku. Il-President Vella ġedded l-istedina biex il-Papa Franġisku jżur Malta.
Fi tmiem din l-udjenza privata, sar l-iskambju tar-rigali. Il-President, f’isem il-poplu Malti ppreżenta lill-Qdusija Tiegħu l-Papa kwadru tal-Madonna Ta’ Pinu magħmula b’teknika tal-mużajk kontemporanju miċ-ċentru arti liturġika Eikon tad-Djoċesi t’Għawdex.
Iktar tard, il-President kif ukoll l-Onor. Bartolo ltaqgħu wkoll mas-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan il-Kardinal Pietro Parolin u s-Sotto Segretarju tal-Istat tal-Vatikan Monsinjur Antoine Camilleri. Huma ddiskutew fid-dettall bosta temi ta’ relevanza attwali, fosthom l-immigrazzjoni u aspetti oħra tal-politika internazzjonali.
Il-President qal li l-Kardinal Parolin wera apprezzament għal kif Malta qed tindirizza l-kwistjoni tal-immigrazzjoni fl-aħħar snin. Il-Kardinal Parolin wera wkoll l-apprezzament tas-Santa Sede ghall-impenn li ħa l-Gvern Malti li jestendi l-finanzjament ta’ laptops fl-iskejjel tal-Knisja fl-interess tat-tfal kollha.
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.