“Dawn l-attakki se jwasslu għal konfront militari inevitabbli” … Uffiċjal Iranjan dwar l-attakki fl-Arabja Sawdija

  • Set 15, 2019 16:22
  • Miktub minn iNews
"

    L-Iran iddistanzja ruħu mill-attakki li twettqu fuq faċilitajiet taż-żejt fl-Arabja Sawdita. Tehran ċaħad l-allegazzjonijiet li għamel is-Segretarju għall-Istat Amerikan Mike Pompeo, meta permezz ta’ Twitter qal li l-Iran kien wara dawn l-attakki.

    Intant uffiċjal għoli Iranjan qal li t-tensjonijiet dwar dawn l-aħħar attakki jafu jiffavorixxu l-isforzi ta’ dawk fir-reġjun li jridu jinterferixxu u jtellfu ċ-ċans li l-President Hassan Rouhani jiftaħ proċessi diplomatiċi mal-Punent. F’kummenti li ta lill-aġenzija tal-aħbarijiet Reuters fuq il-kundizzjoni tal-anonimità, l-uffiċjal Iranjan żied jgħid li “hemm min fl-Iran, l-Istati Uniti u fil-bqija tar-reġjun li jkun hemm kunflitt militari. Dawn l-attakki se jwasslu għal konfront militari inevitabbli u dan huwa dak li estremisti fl-Iran u f’pajjiżi oħrajn iridu. Tali konfrontazzjoni mhix se tkun qed tagħmel ħsara biss lill-Iran iżda lill-pajjiżi kollha fil-Golf Persjan.

    Washington, alleat tal-Arabja Sawdita, adotta politika ta’ pressjoni kbira fil-konfront ta’ Tehran bil-għan li l-Gvern Iranjan jerġa’ jiftaħ negozjati dwar il-programm nukleari tiegħu.

    B’reazzjoni għal dan, l-Iran naqqas l-obbligi tiegħu fil-ftehim nukleari u anke qed jhedded li jimblokka l-Istrett ta’ Hormuz fil-Golf minn fejn jgħaddi madwar 20% taż-żejt dinji.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0