Traġedja fl-Indja … Mill-inqas seba' persuni jmutu wara li dgħajsa tat-turisti tinqaleb fi xmara

  • Set 15, 2019 13:32
  • Miktub minn iNews
"

    Mill-inqas seba’ persuni mietu wara li dgħajsa tat-turisti b’61 persuna abbord inqalbet fix-xmara Godovari fl-Indja llum wara nofsinhar. L-inċident seħħ viċin ir-raħal ta’ Kacchuluru.

    Abbord id-dgħajsa kien hemm 61 persuna, b’50 minnhom ikunu turisti filwaqt li l-bqija kienu membri tal-ekwipaġġ. Il-midja lokali qed tirrapporta li t-turisti kienu fuq id-dgħajsa waqt tour biex jaraw l-għoljiet ta’ Papikondalu li jinsabu viċin ix-xmara Godovari.

    Mal-40 persuna għadhom rapportati neqsin. Il-midja lokali qed tirrapporta li kważi dawk kollha abbord id-dgħajsa kellhom aċċess għal ġkieket tas-salvataġġ.

    Matul dawn l-aħħar jiem is-servizzi ta’ tours fuq ix-xmara Godovari ngħalqu għat-turisti wara li l-livelli tax-xmara kienu għolew u kienu meqjusin bħala perikolużi kaġun ta’ għargħar. Bil-livelli tax-xmara li kienu qed jiġu lura għan-normal l-uffiċjali taw il-permess lid-dgħajjes tat-turisti biex ikomplu bis-servizz tagħhom għall-ġurnata tal-lum.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0