Infermiera tagħti parti mill-fwied tagħha f'donazzjoni lil pazjent ta' 8 snin biex issalvalu ħajtu

  • Set 13, 2019 20:23
  • Miktub minn iNews
"

    Infermiera Amerikana li kellha fost il-pazjenti tagħha lil tifel ta’ tmien snin, iddeċidiet li tagħti bħala donazzjoni parti mill-fwied tagħha biex ikun jista’ jitwettaq trapjant bil-għan li ssalvalu ħajtu.

    Kien grazzi għad-donazzjoni ta’ Cami Lorits, infermieta li taħdem mit-Taqsima tal-Kura Intensiva fl-Isptar ta’ Froedtert f’Wauwatosa, Wisconsin, li t-trapjant irriżulta f’suċċess u b’hekk salvat ħajjet it-tifel.

    Iċ-ċkejken, Brayden Auten, iddaħħal fl-Isptar tal-Tfal ta' Milwaukee f’April li għadda wara li t-tobba sabu li virus aggressib kien qed jattakkalu l-fwied. Tant li eventwalment il-fwied waqaf jaħdem għal kollox.

    Loritz instab li kienet id-donatriċi perfetta, bl-infermiera tiddeċiedi li tagħmel minn kollox biex tipprova ssalva ħajjet it-tifel.

    It-tifel inħareġ mill-isptar f’Ġunju li għadda u l-kundizzjoni medika tiegħu ġiet deskritta bħala li tinsab f’qagħda stabbli.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0