Matul din il-ġimgħa s-Soċjetà Mużikali Beland tellgħet programm mużikali f’Ruma u fil-Vatikan imwettaq grazzi għal assistenza mill-Fond tad-Diplomazija Kulturali mmexxi mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ.
Sittin mużiċist mis-Soċjetà Mużikali Beland taż-Żejtun esperjenzaw mument storiku anke fuq bażi personali hekk kif ingħataw l-opportunità li jtellgħu programm ta’ mużika Maltija fi Pjazza San Pietru fil-belt tal-Vatikan waqt l-udjenza mal-Papa Franġisku nhar il-11 ta’ Settembru 2019. Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela flimkien mas-sinjura tiegħu u mal-Ambaxxatur ta’ Malta għall-Vatikan Frank Zammit kienu preżenti u urew l-appoġġ tagħhom għat-talent mużikali Malti.
Intant is-Soċjetà Mużikali Beland Żejtun tellgħet ukoll kunċert ta’ mużika tal-ogħla kwalità fil-Consevatorio di Musica Santa Cecilia, tant rinomat f’Ruma, taħt id-direzzjoni tal-Maestro Ray Sciberras nhar l-10 ta’ Settembru 2019 bl-isem Europa in Musica. Dan il-proġett sar b’kordinazzjoni mal-Ambaxxata Maltija f’Ruma.
Fid-diskors tal-ftuħ tas-serata l-Ministru Carmelo Abela qal li jirrikonoxxi li l-kultura hi vitali biex jitjiebu d-diplomazija u l-kollaborazzjoni bejn il-pajjiżi. Hu awgura lis-60 mużiċist għat-talent tagħhom u qal li għalkemm mhumiex full-timers, huma ferm dedikati u jieħdu b’serjetà kbira l-impenn mużikali tagħhom.
Semma li din hi t-tieni darba fl-2019 li mużiċisti Maltin qed itellgħu kunċerti ta’ kwalità f’ċentri tal-mużika stabbiliti barra mill-pajjiż b’assistenza mill-Fond tad-Diplomazija Kulturali taħt il-Ministeru responsabbli mill-Affarijiet Barranin.
Waqt iż-żjara tiegħu fl-Istat tal-Belt tal-Vatikan, il-Ministru Carmelo Abela ltaqa’ mas-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan Cardinal Pietro Paroli, id-Dekan tal-Kulleġġ tal-Kardinali Cardinal Angelo Sodan u mal-Arċipriet tal-Bażilika Papali ta’ San Paolo Fuori le mura l-Kardinal James Michael Harvey.
Huma ddiskutew it-tisħiħ tar-relazzjonijiet bejn Malta u l-Vatikan u materja ta’ interess għaż-żewġ partijiet inklużi l-kwistjoni tal-migrazzjoni u l-instabbiltà fil-Libja. Iltaqa’ wkoll mas-Segretarju għar-Relazzjonijiet mal-Istati Mons. Paul Richard Gallagher u l-under Secretary għar-Relazzjonijiet mal-Istati l-Mons. Antoine Camilleri.
Il-Ministru Abela kellu wkoll żjara kulturali fl-istudjo tal-mużajk tal-Vatikan fejn iltaqa’ ma’ diversi restawraturi li jaħdmu fuq il-ħolqien u r-restawr ta’ kapolavuri tal-mużajk fil-Bażilika. Kellu wkoll żjara fil-mużewijiet tal-Vatikan fejn ġie muri mappa antika li turi lil Malta fi żmien l-Assedju l-Kbir impinġija fl-1579, erbatax-il sena wara l-Assedju u llum tinsab fil-gallerija tal-mapep.
Waqt din iż-żjara l-Ministru kien akkumpanjat mill-Ambaxxatur ta’ Malta għall-Italja Vanessa Frazier u mill-Ambaxxatur ta’ Malta għall-Vatikan Frank Zammit.
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.