In-nazzjonijiet Għarab ikkundannaw il-pjan tal-Prim Ministru ta’ Iżrael Benjamin Netanyahu li jannessa parti mix-Xatt tal-Punent. Netanyahu, waqt diskors li għamel, wiegħed li hu se japplika s-sovranità Iżraelita fuq il-Wied tal-Ġordan u t-Tramuntana tal-Baħar il-Mejjet. Dan jekk hu jerġa’ jiġi elett fl-elezzjoni ġenerali li se ssir il-ġimgħa li ġejja.
Uffiċjali mill-Ġordan, it-Turkija u l-Arabja Sawdija kkritikaw b’mod qawwi dak li qal il-Prim Ministru. Apparti hekk, in-negozjatur ewlieni Palestinjan qal li xi ħaġa hekk tkun “illegali”. Saeb Erekat tenna li l-annessjoni li qiegħed jipproponi Netanyahu tkun “delitt tal-gwerra” li “joqtol kull tama ta’ paċi”. Min-naħa tagħha l-Lega Għarbija wkoll uriet id-diżapprovazzjoni tagħha u qalet li dan hu “żvilupp perikoluż” u “aggressjoni”.
Iżrael ilu jokkupa x-Xatt tal-Punent mill-1967 iżda dejjem baqa’ lura milli jagħmel annessjoni. Min-naħa tagħhom il-Palestinjani jridu li din iż-żona kollha tkun parti mill-istat futur tagħhom. Iżda Netanyahu dejjem qal li Iżrael se jżomm preżenza fil-Wied tal-Ġordan minħabba raġunijiet ta’ sigurtà.
Il-Lega Għarbija qalet li l-pjan tal-Prim Ministru Iżraelit imur kontra l-liġi internazzjonali, u “jibbumbardja” kull pedament ta’ paċi. Uffiċjal Għoli Palestinjan, Hanan Ashrawi, qal li b’dak li qiegħed jipproponi Netanyahu mhux biss qiegħed ikisser is-soluzzjoni ta’ żewġ stati, iżda anke kull opportunità ta’ paċi.
Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Ġordan qal li din hija “eskalazzjoni serja” u wissa li xi ħaġa hekk tista’ twassal biex ir-reġjun jispiċċa fi vjolenza u kaos.
Min-naħa tiegħu l-Ministru tal-Affarijiet Barranin Tork Mevlut Cavusoglu ddeskriva din il-wegħda bħala razzista u akkuża lil Benjamin Netanyahu li qiegħed juża messaġġi “aggressivi u illegali” fil-kampanja elettorali tiegħu.
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.