Rapport tal-Moneyval: “Pajjiżna għandu isaħħaħ il-qafas ta’ kontra l-ħasil ta’ flus”

  • Set 12, 2019 13:53
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Kummissjoni Ewropeja ppubblikat l-aħħar rapport tal-MONEYVAL fuq pajjiżna, fejn appellat lill-Gvern biex ikompli jżid ix-xogħol li qiegħed isir biex jiġu investigati u mressqa l-Qorti każijiet ta’ ħasil ta’ flus, kif ukoll tissaħħaħ is-sistema superviżorja.

    B’reazzjoni għal dan ir-rapport, il-Gvern saħaq li huma laqgħu r-rakkomandazszjonijeit li saru, u esprima l-impenn tiegħu “li jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet li  ġew ippubblikati”, filwaqt li wera s-sodisfazzjoni bil-progress li nkiseb biex jiġi miġġieled il-ħasil tal-flus u l-finanzjar tat-terroriżmu.

    Qafas legali b’saħħtu, “pero ftit kienu l-investigazzjonijiet li saru”

    Fir-rapport tagħha li kien prodott wara żjara li saret minn numru ta’ rappreżentanti barranin f’Novembru li għadda, il-kumitat ta’ kontra l-ħasil tal-flus fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa (magħruf bħala l-MONEYVAL) saħqet li l-awtoritajiet Maltin kellhom “konoxxenza ġenerali tal-partijiet dgħajfa fis-sistema tagħhom, pero hemm numru ta’ fatturi, fosthom ir-reati predikati, l-iffinanzjar tat-terroriżmu, l-iżviluppi ta’ teknoloġiji ġodda u l-użu tal-flus -  għadhom  ma ġewx analizzati suffiċentament.”

    Il-Moneyval saħqet fuq in-nuqqas tar-riżorsi, kemm umani kif ukoll finanzjarji, fejn jirrigwarda l-FIAU, u l-investigazzjonijiet li jsiru mill-pulizija fejn jidħlu każijiet ta’ ħasil ta’ flus. Ir-rapport saħaq ukoll li, filwaqt li Malta għandha qafas legali b’saħħtu biex tiġġieled l-iffinanzjar tat-terroriżmu, “kienu biss ftit l-ammonti ta’ investigazzjonijiet li saru, li ma wasslu għall-ebda akkużi l-Qorti.”

    “Apparti hekk, Malta nieqsa minn analiżi fid-dettal fuq  kif it-tipi kulli ta’ arranġamenti legali jistgħu jintużaw b’mod malizzjuż kontra  l-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar tat-terroriżmu.” 

    Il-Gvern jisħaq li kull istituzzjoni kompetenti se taħdem biex timplimenta l-pjan t’azzjoni

    F’risposta għar-rapport, il-Ministri tal-Finanzi, tal-Intern, tal-Ġustizzja u s-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji saħqu li huma kienu qegħdin jilqgħu r-rakkomandazzjonijiet li kienu elenkati f’dan ir-rapport. “Il-ministri tennew l-impenn tal-Gvern li jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet li ġew ippubblikati b’mod uffiċjali mill-istess rapport maħruġ mill-MONEYVAL.”

    Huma saħqu li, flimkien mal-imsieħba soċjali u mal-awtoritajiet kompetenti f’Malta, jinsabu sodisfatti bil-progress li nkiseb fil-pjan t’azzjoni mill-Kumitat ta’ Koordinament Nazzjonali, li twaqqaf f’April tal-2018 “biex jimplimenta strateġija nazzjonali kontra l-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar tat-terroriżmu.”

    “Kull rakkomandazzjoni li saret mill-MONEYVAL se tiġi fdata lil istituzzjoni kompetenti li f’perjodu stabbilit trid tara li timplimenta l-pjan ta’ azzjoni propost. Kull istituzzjoni kompetenti se tkun mgħammra bir-riżorsi meħtieġa, inklużi appoġġ u pariri mill-esperti u fejn jeħtieġ se  jkun hemm project leader.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0