B’reazzjoni għal rapport f’sezzjoni tal-midja li b’referenza għal sors anonimu kien jallega li bdot tal-linja tal-ajru waqaf jixtri fjuri minn terminal ta’ ajruport f’Amsterdam meta minflok kien mistenni li jirritorna mill-aktar fis lejn Malta biex iwassal passiġġieri lejn Palermo, Air Malta qalet li kienet imnikkta bl-allegat aġir ta’ wħud mill-membri fil-komunità tal-bdoti tagħha. Dan minkejja li qalet li tifhem li l-biċċa l-kbira tal-bdoti għandhom għal qalbhom il-linja tal-ajru nazzjonali u l-aġir tagħhom huwa wieħed professjonali.
Air Malta qalet li l-każ inkwistjoni kien jagħmel referenza għal dewmien f’titjira minn Amsterdam, operata minn dan il-bdot, li spiċċat kellha riperkussjonijiet fuq titjira lejn Palermo.
Il-linja tal-ajru qalet li l-aġir ta’ wħud mill-bdoti huwa inaċċettabbli, bl-Air Malta tisħaq li matul tmiem il-ġimgħa li għadda 13-il bdot irrapportaw li kienu ma jifilħux u dan wassal għal diffikultajiet fl-operat.
Air Malta qalet li n-numru ta’ każi ta’ bdoti li jirrapportaw ma jifilħux mhuwiex fin-norma tal-industrija, bil-linja tal-ajru tesprimi d-diżappunt tagħha għall-ħin konsiderevoli li l-maniġment qed ikollu jiddedika biex jindirizza kwistjonijiet industrijali li hija ddeskriviet bħala li mhumiex raġjonevoli.
Fl-istqarrija tagħha l-Air Malta emfasizzat mill-ġdid li kien intlaħaq ftehim mal-ALPA fir-rigward tal-kwistjonijiet kollha, ftehim li hija qalet lesta li tiffirma. Madankollu l-linja tal-ajru qalet li ALPA għadha qed tinsisti fuq garanzija min-naħa tal-Gvern ta’ ħlas għal irtirar bikri li jammonta għal €700,000.
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.