RITRATTI: It-18-il sena mill-attakki terroristiċi fuq il-World Trade Center

  • Set 11, 2019 08:21
  • Miktub minn iNews
"

    Illum ifakkar it-18-il sena mill-attakki terroristiċi tal-11 ta’ Settembru, f’liema attakki fuq il-World Trade Center, il-Pentagon u t-titjiriet ta’ United Airlines u American Airlines inqatlu 2,983 irġiel, nisa u tfal.

    L-għodwa tat-Tlieta 11 ta’ Settembru kienet waħda xemxija u normali għall-biċċa l-kbira tar-residenti fi New York. Madankollu fit-8.46 a.m. seħħ l-inimmaġinabbli, bit-titjira ta’ United Airlines li kienet fi triqitha lejn Los Angeles tinħataf minn membri tal-grupp terroristiku Al-Qaeda, bl-ajruplan jiddaħħal intenzjonalment f’dak magħruf bħala n-North Tower tal-World Trade Center.

    Għall-bidu bosta kienu qed jaħsbu li dan seta’ kien aċċident, madankollu 17-il minuta biss wara, titjira oħra ta’ United Airlines baqgħet dieħla fit-tieni torri – is-South Tower – fid-9.03 a.m.

    Sal-10.30 a.m. it-Twin Towers kienu ġġarrfu, b’nies fil-viċinanzi jipprovaw jaħarbu minn fuq il-post f’xeni ta’ kaos li nqabdu b’mod dirett mill-istazzjonijiet tal-aħbarijiet.

    Intant, 370 kilometru ’l bogħod, it-titjira 77 ta’ American Airlines twaqqgħet fuq il-binja tal-Pentagon f’Virginia fid-9.37 a.m., filwaqt li t-titjira 93 ta’ United Airlines twaqqgħet f’żona rurali f’Shanksville, Pennsylvania, fl-10.03 a.m.

    Fi ftit inqas minn sagħtejn mietu kważi 3,000 persuna, b’aktar minn 6,000 oħrajn jindarbu, fosthom ħaddiema tat-tifi tan-nar u uffiċjali tal-pulizija li marru fuq il-post.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0