Ritmi fantastiċi

  • Set 09, 2019 14:39
  • Miktub minn iNews
"

    Nhar is-Sibt, l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta se tippreżenta The Rite of Spring għall-ewwel darba f’Malta. 104 mużiċist se jinterpretaw dan ix-xogħol rivoluzzjonarju ta’ Stravinsky taħt il-bakketta ta’ Sergey Smbatyan, li għadu kif inħatar d-Direttur Mużikali Prinċipali tal-orkestra.

    Ikkummissjonata minn Diaghilev, dil-kompożizzjoni tispjega ritwal pagan li fih il-verġni tiżfen sa mewtha. L-irvelli li qamu dakinhar li dan il-ballet kien esegwit għall-ewwel darba fit-teatru f’Pariġi kienu reazzjoni għar-ritmi qawwija, innovazzjonijiet ikkumplikati, il-korjografija eżotika ta’ Nijinsky u x-xenarji strambi ta’ Roerich.

    B’kuntrast, is-serata se tinkludi wkoll lis-solist Alexei Volodin li se jinterpreta il-Kunċert Numru 2 għall-Pjanu ta’ Rachmaninoff. Qabel il-kunċert, fis-7.15PM, se jkun hemm taħdita minn Janica Buhagiar, Kuratur ta’ Siti Feniċi u Rumani, u minn Ruben Zahra, kompożitur u promotur ta’ mużika kontemporanja.  

    Waqt il-kunċert, wieħed jista’ jakkwista s-sħubija fl-Orkestra u jappoġġja l-istaġun il-ġdid tal-MPO, Movements of Passion. L-iskema l-ġdida maqsuma f’żewġ livelli toffri fosthom b’biljetti li jibdew minn €1 u benefiċċji oħrajn li jinkludu parkeġġ esklussiv għall-kunċerti organizzati mill-MPO.

    Il-kunċert se jsir f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi fit-20.00. Biljetti jistgħu jinkisbu minn www.showshappening.com jew mill-box office ta’ Dar il-Mediterran.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0