Festa ta’ inbid u ikel Malti f’Ħal Għaxaq.

  • Set 06, 2019 13:16
  • Miktub minn iNews
"

    Wara s-suċċess ta’ dawn l-aħħar sentejn ,l-Għaqda Mużikali San Ġużepp ta’ Ħal Għaxaq ser ittella’ Maltese Food & Wine Festival f’Ħal Għaxaq nhar il-Ġimgħa 13 u s-Sibt 14 ta’ Settembru mis-7:30pm 'il quddiem.

    Waqt dan il-Festival ser ikun hemm varjetà ta’ platters b’ikel tipikament Malti fosthom laħam taż-żiemel, fniek, majjal, bebbux, arjoli, bigilla, ġbejniet t’Għawdex, zalzett tal-malti, mqaret u ħafna aktar.  Dawk kollha li jattendu ħa jkollhom għażla sħiħa ta’ ikel min fejn jagħżlu fejn żgur li se jintlaqtu l-gosti ta’ kulħadd, bl-unika limitazzjoni tkun li l-ikel kollu servut se jkun ikel Malti. 

    Platt ikel Malti ma jkunx komplut jekk miegħu ma tixrobx daqxejn inbid tajba u waqt dan il-Festival se jkun hemm varjetà kbira ta’ inbid Malti, prodott min Delicata Winery, minn fejn wieħed jista’ jagħżel skond il-preferenza tiegħu.  B’kollox se jkun hemm madwar 14-il tip differenti ta’ inbid minn fejn wieħed jista' jagħżel. 

    Minbarra l-ikel u l-inbid li wiehed jista’ jgawdi waqt dan il-Festival se jkun hemm ukoll posti bi prodotti tal-ikel magħmula lokalment. Dawk kollha li jattendu se jkunu jistgħu iduqu u jixtruhom biex igawduhom fi djarhom.

    Din l-attività ser issir fi Pjazza Santu Rokku ġewwa Ħal Għaxaq, fejn hemm spazju tajjeb ħafna biex wieħed jiġi u minbarra li jgawdi l-ikel u l-inbid jitpaxxa bid-divertiment lokali li se jkompli jpaxxi l-widna ta’ dawk li jattendu. Fost il-mistednin  speċjali għal dan il-Festival hemm il-grupp Stereotipi, Ben Purple, Ta' Verna Folk Band u Raquel.

    Id-dħul għal dan il-festival huwa mingħajr ħlas fejn imbagħad kulħadd ikollu il-facilità li jixtri mill-posti li se jkun hemm preparati.

    Biex iżżomm ruħek aġġornat bl-aħħar informazzjoni dwar din l-ewwel edizzjoni tal-Festival tal-Inbid u l-Ikel Malti wieħed jista' jżur il-paġna ta’ facebook Maltese Food & Wine Festival li tiġi aġornata kuljum b’dettalji ġodda dwar din l-attività li mhux ta’ min jitlifha.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0