“Meta Ġrejna Wara x-Xemx... L-istorja għal qalbi ħafna” - Clive Piscopo bi dramm ġdid

  • Set 04, 2019 09:31
  • Miktub minn iNews
"

    META ĠREJNA WARA X-XEMX: Id-dramm il-ġdid ta’ Clive Piscopo

    Dawk kollha li jħobbu d-drama u l-palk Malti ħadu ferħa oħra f’dawn l-aħħar jiem. 

    Il-kittieb u l-attur Clive Piscopo għadu kif ħabbar fuq il-profil tiegħu li f’Ottubru li ġej se nkunu qegħdin naraw id-dramm il-ġdid u tant mistenni tiegħu bl-isem ta’ META ĠREJNA WARA X-XEMX. 

    Ftit sekondi wara li kiteb l-aħbar, il-kumment ta’ Piscopo ġie milqugħ bl-iktar kummenti pożittivi mis-segwaċi tiegħu. Sentejn ilu, id-dramm tiegħu ‘Fejn Jeħodna r-Riħ’ kien irċieva sitt standing ovations mill-isbaħ mill-udjenzi li attendew ġewwa Spazju Kreattiv. 

    ‘Wieħed mill-isbaħ drammi ta’ kull żmien,’ kien saħansittra kkummentalu fuq l-Event Page wieħed mill-membri tal-udjenza.

    Allura wara s-suċċess li kiseb sentejn ilu, x’għandna nistennew mid-dramm il-ġdid ta’ Clive Piscopo?

    “L-istorja hi għal qalbi ħafna.” Qalilna Piscopo, li mhux biss kiteb id-dramm imma anki se jieħu sehem fih. ‘U l-ewwel reazzjonijiet kienu pozittivi mmens, bl-iktar kumment komuni jkun li din l-istorja minn daqqiet se ddaħħkek u minn daqqiet oħra se żżommok fuq ix-xwiek biex tara kif se tiżvolġi.’

    Kollox idur ma’ erbat iħbieb

    L-istorja tlaqqagħna ma’ ħamest iħbieb tat-tfulija li kienu jiltaqgħu kull sajf fil-kmamar il-ħodor tal-Għadira. Kienu ħbieb tal-qalb, qishom aħwa, u sajf wara sajf kibru u baqgħu flimkien. Sakemm darba minnhom tiġri xi ħaġa li minħabba fiha l-grupp jisfaxxa darba għal dejjem. L-istorja ta’ dan id-dramm tibda llum, tnax-il sena wara dak l-avveniment, hekk kif il-mewt mhux mistennija ta’ wieħed minnhom terġa’ tgħaqqadhom għall-ewwel darba wara tant snin. Li dawn il-ħbieb ma jafux hu li għad hemm sigriet li ħadd minnhom għadu ma jaf.’

    META ĠREJNA WARA X-XEMX se jittella’ ġewwa Spazju Kreattiv nhar it-18, 19, 20 u 24, 25, 26, 27 ta’ Ottubru u l-biljetti jinkisbu minn www.spazjukreattiv.com

    Hemm skont ta’ 25%  fuq l-ewwel biljetti li jinxtraw. 

    B’kitba ta’ Clive Piscopo u direzzjoni ta’ Lee-N Abela, il-kast jinkludi lil Clive Piscopo, Sarah Camilleri, Christine Francalanza, Christian Grech, u Claire Buhagiar kif ukoll lil Maronia Mallia, Luke Magro, Ann-Marie Buhagiar, Gilbert Mallia, u Nathan Aquilina. 

    Dan id-dramm huwa parti mill-programm ta’ Spazju Kreattiv. 

    Età: 16-il sena 'l fuq.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0