Omm tirrakkonta l-esperjenza ta’ bintha li mietet bid-droga

  • Aww 31, 2019 14:33
  • Miktub minn Melvin Farrugia
"

    Din it-tfajla, li mid-dehra lanqas tinduna li kienet dipendenti mid-droga u li mietet b’overdose tad-droga, hi Alexa. Ommha Susan irrakkontat l-istorja tagħha biex kemm jista’ jkun toħloq kuxjenza dwar it-tbatija li jgħaddu minnha dawn in-nies u biex tnaqqas l-istigma li hemm dwar dawn in-nies. 

    Susan tibda tirrakkonta li mill-mument li bintha twieldet, sal-mument li mietet hi kienet maħbuba minn kulħadd, mhux biss mill-membri tal-familja tagħha iżda minn kull min sar jafha. Kienet tifla ferriħija, intelliġenti u li tistaqsi. Kien ġentili u taf tħobb, b’daħka ferriħija li kienet tixgħel konverżazzjoni, kamra u timlilek qalbek bil-ferħ. 

    Issemmi wkoll li kienet tħobb il-kotba, b’mod speċjali dawk dwar l-ispiritwalità, l-għajxien ħolistiku u dawk li jgħinuha tifhem aktar dwar l-inġustizzji fid-dinja u dwar kif tista’ ssib lilha nnifisha.  

    Alexa kienet ukoll tħobb l-annimali, b’mod speċjali ż-żwiemel u ż-żewġt iklieb tagħha, li kienet tqatta’ tant ħin tħarriġhom u tieħu ħsiebhom. 

    Barra minn hekk, Susan tgħid li bintha kienet iżżomm ġurnali matul ħajjitha li kienet timlihom b’siltiet dwar l-emozzjonijiet tagħhom, poeżiji u tpinġijiet delikati. Kienet tfajla sensittiva u kienet tħoss il-ħajja b’intensità. 

    Susan tgħid li fl-ewwel snin tal-kulleġġ, Alexa kienet tmur tajjeb ħafna u kisbet anke post fuq il-lista tad-Dekan. Madankollu, kien aktar tard waqt li kienet tattendi l-istess kulleġġ li ltaqgħet ma’ “ħabib” li taha l-ewwel doża ta’ eroina. 

    L-omm tgħid li dan il-ġuvin kien qal lil bintha biex tipprovaha u li ma kienet se tagħmlilha xejn ħażin. Tispjega li mill-ewwel darba li għamlet użu minn din id-droga, bintha saret dipendenti fiżikament u mentalment fuqha. Madankollu, tispjega li bintha ġġieldet b’disperazzjoni u b’mod li wieħed jammiraha biex tipprova telgħeb il-mod kif l-eroina ħatfitilha ħajjitha. 

    Dwar dan tispjega li kull ġurnata kienet gwerra għal Alexa, kif ukoll għal dawk kollha li kienu jħobbuha u kellhom jarawha ssofri. Tistqarr li għamlu kulma setgħu għaliha, filwaqt li kienu lesti anke li jagħtu ħajjithom biex tgħix hi. Iżda minkejja l-imħabba u l-gwida li tawha, ir-rijabilitazzjoni, id-ditossifikazzjoni u l-perseveranza tagħha biex tfieq, l-eroina ħaditha b’mod inevitabbli u qatlet kull ħolma u aspirazzjoni li kellha f’ħajjitha. 

    Fil-fatt, Susan qalet li bintha Alexa mietet b’overdose fil-21 ta’ Settembru 2017. L-omm spjegat li bintha kellha perjodi fejn kien libera mill-eroina. Waqt dan iż-żmien, kienet titlob lil Alla biex iżżomm soda milli terġa’ tabbuża mid-droga, kienet tfittex pariri, tuża prattiċi ħolistiċi u anke kienet tipprova żżomm iffokata fuq għajxien ħolistiku u organiku, filwaqt li kienet tagħmel l-eżerċizzju. 

    Iżda, id-dlam kien jerġa’ jidħol mill-ġdid u hi kienet taqa’ għad-droga li kienet tikkawżalha tant uġigħ. Kienet tagħmel dan għax kienet tkun iddisprata biex taħrab għal ftit ħin minn dawn il-ħsibijiet li jittorturawha bis-sens ta’ ħtija u mistħija minħabba li kienet qiegħda tweġġa’ lill-familja tagħha. 

    Susan tgħid li bintha kienet tiddeskrivi l-eroina bħala droga solitarja, li tbegħdek minn kull parti tal-ħajja u tħallik imdendel fix-xifer tal-mewt. Filwaqt li qasmet din l-istorja, Susan talbet biex in-nies ixerdduha. 

    L-ewwel nett, qalet li tixtieq li jxerrdu l-istorja ta’ bintha ħalli tonqos l-istigma kontra l-persuni dipendenti mid-droga eroina. Tgħid li bintha kienet sabiħa, intelliġenti, edukata u b’fama tajba man-nies. Barra minn hekk, ingħatat kull opportunità li għandha tingħata lil kull tifel u tifla u ġiet imkabbra mill-ġenituri tagħha b’valuri morali tajbin. Tistqarr li huma persuni normali, bla ebda vizzji ta’ droga u li dejjem taw l-aqwa lil uliedhom. L-omm tgħid li Alexa ma kinitx xi persuna tiġri barra tieħu d-droga u sa minn meta kellha 16-il sena kienet taħdem u ssostni lilha nnifisha sa ftit xhur qabel ma mietet. Tgħid li bintha kienet maħbuba u dejjem se tibqa’ tistaqsi jekk setgħux għamlu xi ħaġa differenti.

    Barra minn hekk, Susan tgħid li bħalma din il-ħaġa ġrat lil bintha, tista’ tiġri wkoll lil ħaddieħor. Tgħid li tista’ tkun biss darba li tieħu l-eroina biex issir dipendenti minnha, bħalma kienet biss darba li pprovatha Alexa. Tispjega li bintha ħadet l-eroina mingħajr ma taf x’saħħa kien se jkollha fuqha. 

    L-omm tgħid li l-eroina ssibha kullimkien, hekk kif bintha pprovatha l-ewwel darba fil-kulleġġ waqt li kienet qiegħda tixrob u l-ġudizzju tagħha ma kienx daqstant ċar. Tistqarr li bħalma Alexa ġiet offruta d-droga, hekk ukoll jista’ jiġri lil ħaddieħor.  

    Tispjega wkoll li l-persuna tista’ taħseb li mhix se tispiċċa dipendenti fuq id-droga, bħalma ħasbet bintha. Iżda tgħid li la bintha, li kienet rasha fuq għonqha, spiċċat dipendenti mill-eroina, hekk tant ieħor jista’ jiġri lil kwalunkwe tifel jew tifla oħra. 

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0