Multi ħorox għal Instagram, Facebook u YouTube jekk juru vidjos li jagħmlu ħsara

  • Aww 23, 2019 18:54
  • Miktub minn Melvin Farrugia
"

    Bħala parti mill-miżuri li qed jieħu l-Gvern Ingliż biex jikkontrolla l-kontenut li jixxandar fuq Instagram, Facebook u YouTube, se jkun qiegħed jagħti multi ħorox ta’ miljuni ta’ Liri Sterlini jekk jintwera kontenut li jagħmel il-ħsara. 

    Fil-fatt, jirriżulta li l-Gvern se jkun qed jagħti poteri legali ġodda lir-regolatur tal-komunikazzjoni Ingliż - l-Ofcom, biex dan jissorvelja, jinvestiga u anke jagħti multi lil pjattaformi li jxerrdu jew ixandru vidjows. L-għan hu li jkunu protetti t-tfal minn kontenut li jagħmel il-ħsara, fosthom mill-vjolenza, abbuż ta’ tfal u anke pornografija. 

    Ir-regolatur se jkun jista’ jippenalizza lil dawk id-ditti li ma jistabbilixxux kontrolli tal-verifikazzjoni tal-età u li ma jkollhomx sistemi biex il-ġenituri jikkontrollaw liema vidjos ikunu jistgħu jaraw uliedhom. 

    Mhux talli se jkun jista’ joħroġ multi li jiswew sa 5% tal-qligħ tal-kumpanija, talli se jkollu wkoll is-saħħa li jissospendi jew jillimita s-servizzi ta’ dawn il-ġganti tad-dinja tal-informatika fir-Renju Unit jekk ma jobdux mal-miżuri tal-inforzar. Ta’ min wieħed jispjega li l-qligħ ta’ Facebook sa Ġunju kienu ta’ £51.5 biljun, filwaqt li dak ta’ YouTube kien ta’ madwar £10 biljun. 

    Dawn il-miżuri ġew approvati bla ħafna daqq ta’ trombi qabel is-sajf u daħlu fis-seħħ qabel il-White Paper tal-Gvern dwar id-dmir li tiġi eliminata l-ħsara onlajn, li tinkludi l-kontentut kollu tal-midja soċjali u l-applikazzjonijiet tal-messaġġi, mhux biss vidjows. 

    Id-Dipartiment tal-Kultura Ingliż qal li dawn il-poteri l-ġodda huma skedati biex jidħlu fis-seħħ fi żmien 13-il xahar, jiġifieri f’Settembru tas-sena d-dieħla. Dan wara li ssir konsultazzjoni matul dan is-sajf u mbagħad ikun hemm ordni statutorja fil-Parlament. 

    Kelliema għal Ofcom qal li dawn ir-regoli huma pass ‘il quddiem importanti. Sostna wkoll li dan hu sinjal li Ofcom tista’ tieħu r-rwol ta’ super-regolatur, inkarigat mis-sorveljanza tal-liġijiet dwar ħsara onlajn. 

    Dan il-pass seta’ jittieħed grazzi għal leġiżlazzjoni li kienet diġà disponibbli f’direttiva tal-Unjoni Ewropea u li l-pajjiżi kollha, fosthom anke l-Ingilterra qablu dwarha. Fil-fatt, id-Direttiva tal-Audio Visual Media Services testendi r-regolamenti mit-televiżjoni għal servizzi ‘on-demand’ u pjattaformi li jxerrdu l-vidjows. 

    Il-Kap tas-Soċjetà Nazzjonali għall-Prevenzjoni tal-Moħqrija tat-Tfal (NSPCC), Andy Burrows qal li dan hu ċans biex tiddaħħal protezzjoni leġiżlattiva qabel l-abbozz tal-liġi dwar Ħsara Onlajn. Qal ukoll li fl-aħħar is-siti se jkunu qegħdin jinżammu responsabbli jekk ipoġġu lit-tfal f’riskju. 

    Burrows sostna li l-immedjatezza tax-xandir live jista’ jpoġġi lit-tfal fi stat akter vulnerbabbli li jiġu attakkati minn min jabbuża, li jistgħu jaħtfu l-filmat, ixerrduh u jużawh għal skopijiet ta’ theddid. 

    Skont stħarriġ ta’ din l-istess organizzazzjoni li sar fost 40,000 tifel u tifla li għandhom bejn 7 u 16-il sena sab li kwart minnhom raw filmati mxandrin live, filwaqt li wieħed minn kull tmienja tkellem fuq video ma’ persuna li ma jafuhiex. Minn dawn, wieħed minn kull 20 tifel u tifla li raw xandira live, ġew mitlubin biex jinżgħu. 

    Il-Kap tal-Kunsill Nazzjonali tal-Pulizija dwar l-isfruttament u l-abbuż tat-tfal qal li x-xandiriet live saru qishom kalamita għall-pedofeli u dan hekk kif il-pjattaformi tal-midja soċjali u l-applikazzjonijiet jgħaġġlu biex itellgħu l-vidjows fuq is-siti tagħhom. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0