Jouma… it-tifel b’wiċċ sfigurat għal għomru minħabba l-gwerra fis-Sirja

  • Aww 19, 2019 16:49
  • Miktub minn iNews
"

    Mietu eluf ta’ tfal. Xi wħud trabi. Il-kawża hi l-gwerra fis-Sirja. Attakki mill-ajru u attakk mill-art ħallew għadd ta’ bliet ħerba sħiħa. Ħafna żgur li għadhom jiftakru l-attakki bil-gass li ħallew ħafna tfal vittmi.

    Fl-aħħar sigħat ħarġet storja oħra ta’ qsim il-qalb. Storja li tirrappreżenta stejjer ta’ tfal oħa. L-istorja hi tat-tfajjel Jouma. Wiċċu spiċċa sfigurat għal għomru minħabba attakk bl-ajru.

    Kien proprju sena ilu li Jouma u qrabatu kienu se jitilqu minn darhom fis-Sirja bit-tama għal ħajja aħjar, meta x-xarabank li kienu fuqha ntlaqtet minn attakk mill-ajru.

    It-tieqa li kien qed iserraħ magħha ċ-ċkejken infaqgħet f’wiċċu, u r-riperkussjonijiet li ħalla l-ħġieġ li darrbuh, għadhom jinħassu sal-lum, hekk kif mhux darba jew tnejn għadu joħroġlu d-demm jew jinstabulu biċċiet żgħar tal-ħġieġ f’wiċċu.

    Jouma dak ż-żmien  kellu tliet snin. llum Jouma huwa għami għal kollox. Aktar minn sena wara, Jouma qed jgħix ma’ familtu f’parti fqira ta’ Beirut fil-Lebanon. Bħal Jouma hemm ħafna oħrajn. Ibatu fis-skiet, waqt li l-kunflitt Sirjan għadu għaddej.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0