Jikkommetti suwiċidju wara li ra l-ħolm tiegħu jtir mar-riħ minħabba problemi f'dahru

  • Aww 19, 2019 14:33
  • Miktub minn iNews
"

    Player żagħżugħ tal-football neħħa ħajtu wara li naqas milli jwettaq il-ħolma tiegħu sabiex jilgħab ma’ Manchester United. Joel Darlington kien għad kellu biss 20 sena u kien jilgħab bħala attakkant. Ħafna kienu jiddeskrivu lil dan il-player bħala wieħed li kellu talent kbir.

    Meta kien għad kellu 17-il sena ntlemaħ minn scout ta’ ManchesterUnited li pproponielu sabiex imur jagħmel prova mar-Red Devils. Hu ma qagħadx jaħsibha darbtejn tant li aċċetta din il-proposta. Kollox kien sejjer tajjeb tant li impressjona ferm fl-ewwel sessjonijiet ta’ taħriġ f’Old Trafford.

    Iżda bla mistenni huwa sofra injury f’idu u aktar tard kien qed ibati minn kundizzjoni f’dahru. Dan kollu kkontribwixxa sabiex il-United tilfu interess fih filwaqt li kompla l-karriera tiegħu ma’ Bala Town li jilagħbu fl-ogħla diviżjoni ta’ Wales.

    Minkejja kollox, il-problemi f’dahru baqgħu ma ssolvewx tant li Darlington ma kienx għad fadallu tama u b’hekk wettaq suwiċidju.

    Kienu bosta l-ħbieb u anke partitarji ta’ Bala Town li esprimew id-dieqa tagħhom għal din it-telfa ta’ ħabib iżda fuq kollox ta’ talent li kieku ma nqalgħux l-isfortuni kollha seta’ kellu futur aħjar fil-logħba li tant kien iħobb.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0