[FILMAT] Il-Gvern jistudja proposta tal-GWU dwar sħubija f’union

  • Aww 19, 2019 13:43
  • Miktub minn Maria Azzopardi
"

    Is-Segretarju Ġenerali tal-General Workers’ Union (GWU) Josef Bugeja laqa’ b’mod pożittiv l-aħbar li bħalissa l-Gvern għaddej bi studji u qegħdin jiġu analizzati mudelli differenti ta’ kif tista’ tiġi implimentata l-proposta li l-Union għamlet dwar is-sħubija mandatorja fi trejdunion.

    Dan intqal waqt laqgħa mal-Amministrazzjoni Ċentrali u Grupp ta’ Segretarji tal-GWU u l-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza Edward Zammit Lewis. Il-Ministru qal li pajjiżi barranin għandhom mudelli interessanti ħafna li jista’ jiġu utilizzati u sostna li din il-proposta waslet f’livell ta’ Gvern.

    Is-Segretarju Ġenerali Josef Bugeja qal li l-proposta tas-sħubija mandatorja fi trejdunion kienet tressqet għall-ewwel darba fil-Kungress li għadda fl-għeluq il-75 anniversarju mit-twaqqif ta’ din il-Union. Is-Segretarju Ġenerali qal li bħala Union temmen li din hija soluzzjoni importanti biex jinqatgħu l-abbużi. Din il-proposta kienet milqugħa ukoll mill-Prim Ministru Joseph Muscat fejn kien iddikjara pubblikament li għandhom jibdew id-diskussjonijiet fir-rigward tal-proposta li ressqet il-GWU.

    Is-suq tax-xogħol tant kiber li huwa impossibbli li taqbad l-abbużi kollha, iżda meta wieħed jara l-preżenza ta’ trejdunjin, dawn l-abbużi ma jeżistux. Is-Segretarju Ġenerali żied jgħid li s-sħubija fl-unjins tfisser aktar ugwaljanza u l-qerda tal-prekarjat.

    Fil-laqgħa ġew diskussi diversi temi fosthom il-ġlieda kontra l-prekarjat, il-ħaddiema barranin, il-kunċett ta’ ħlas ugwali għall-istess xogħol u miżuri oħra li jfissru aktar ugwaljanza.

    Il-Ministru Zammit Lewis innota bi pjaċir li l-GWU dejjem iddefendiet il-ħaddiema barranin u ħadmet biex ikunu stmati daqs il-ħaddiema Maltin. Il-Ministru rringrazzja lil GWU għat-taħriġ li qiegħda twettaq għal dak li huwa integrazzjoni ta’ ħaddiema barranin u saħaq li hija l-integrazzjoni li tagħti dinjità lil ħaddiem.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0