“Id-drones huma l-kawża taż-żieda ta’ mwiet fil-Mediterran”

  • Aww 19, 2019 10:54
  • Miktub minn iNews
"

    Waqt li fl-aħħar jiem u sigħat rajna l-kwisjtoni ta’ 134 immigrant li jinsabu bejn sema u ilma teskala, xi ħaġa li ftit tissemma’ hi l-ammont ta’ imwiet tal-immigranti. Minkejja li naqsu bil-kbir l-ammont ta’ immigranti li jaqsmu mil-Libja lejn l-Ewropa l-imwiet splodew ‘l fuq. Filfatt kien hemm żmien meta l-istatistika uriet li f’dak il-perjodu kienu qed imutu mgħarrqin wieħed minn kull sitt immiganti li jaqsmu. Minn l-aħħar statistika li nħarġet qed jintwera kif mill-bidu ta’ Jannar sat-13 ta’ Awwissu ta’ din is-sena  mil-Libja lejn l-Italja u Malta qasmu 5,892 immigrant. L-imwiet kienu ta’ 579 li tfisser li wieħed minn kull għaxra li qed jaqsmu qed isibu qabarhom fil-Mediterran. Il-mistoqsija fuq fomm ħafna hi għaliex żdiedu l-imwiet? Diversi analisti tas-sitwazzjoni qed jippontaw għaż-żieda fl-imwiet għad-drones li qed tuża l-Unjoni Ewropea  biex issegwi l-movimenti tad-dgħajjes bejn il-Libja u l-Ewropa. Fi kliem dawn l-analisti, din il-politika tad-drones, wasslet biex twaqqfu s-salvataġġi bil-baħar u llum, bid-drones mhemmx obbligu li ssalva bħal m’hemm bil-bastimenti minħabba l-liġijiet marittimi internazzjonali. 

    Analista li tkellem ma’ inewsmalta qalilna li “wara l-kritika kbira li kienet qed issir minħabba l-Operazzjoni li kienet issejħet Sophia u anke Mare Nostrum  tat-Taljani li salvaw għadd ta’ immigranti, il-politika tal-Frontex inbidlet. Ħarġu b’sistema oħra li jibdew jużaw id-drones. Sistema li permezz tagħha m’hemmx obbligazzjoni li jridu jgħinu dinghy jew dgħajjes li jkunu fi problema jew f’diffikulta li jegħrqu. L-obbligazzjoni li ssalva lil min ikun f’diffikulta f’nofs ta’ baħar ma tapplikax għal biċċiet tal-au li fuqhom ma’ jkunx hemm persuni umani. Permezz tad-drones ġiet limitata sew il-kwistjoni dwar min se jieħu ħsieb l-immigranti salvati.  Qabel kellek sitwazzjoni fejn ikunu jafu b’dinghy qed  jegħreq u  jmorru fuq il-post frejgati navali biex isalvawhom u llum kull ma jiġri hu li narawhom bid-drones”.

    Id-drones ta’ kumpanija bbażata fl-Italja

    Filfatt il-kumpanija ta’ difiża u sigurtà bbażata f’Ruma, Leonardo Systems ddikjarat li l-Falco Evo Drone Systems għene lill-Pulizija Ewropea fuq l-immigazzjoni. Fl-20 ta’ Ġunju il-Frontex - li hi l-Aġenzija Ewropea għal Ħarsien tal-Fruntieri fl-Unjoni Ewropea) nediet  u bdiet tħaddem drone li beda jitlaq mll-gżira ta’ Lampedusa. Dan xogħolu hu li janalizza l-baħar u jipprovdi informazzjoni fuq vjaġġi bid-dgħajjew jew dinghies mil-Libja lejn l-Ewropa.

    Dan id-drone kien irnexxielu jidentfika trawler tas-sajd, li kien nvolut fi traffikar ta’ 81 immigrant.  Dan l-istess trawler kien qed jittrasferixxi immigranti  fuq dgħajjes iżgħar.  Il-Falco EVO baqa’ jsegwi lit-trawler sakemm  saret operazzjoni ta’ infurzar mill-awtoritajiet Taljani. 

    Il-Falco EVO diġa tar aktar minn 280 siegħa għal Frontex.  Missjoni minhom dik tal-21 ta’ Ġunju, id-drone itjjar għal 17-il siegħa  wieħed u għoxrin minuta. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0