Servizz ta’ konsultazzjoni tal-psikjatrija għall-anzjani fil-komunità

  • Aww 13, 2019 20:11
  • Miktub minn iNews
"

    Is-Segretarju Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis flimkien mal-Kap Eżekuttiv tad-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità Dr Renzo Degabriele, nieda servizz ġdid ta’ konsultazzjoni tal-psikjatrija għall-anzjani fil-komunità.

    Anthony Agius Decelis qal li “l-politika ta’ dan il-gvern hi mfassla fuq il-prinċipju tal-anzjanità attiva fost l-anzjani. Hu għalhekk li l-impenn tagħna hu ffukat fuq li l-anzjani jkollhom is-sapport u s-sostenn neċessarju biex kemm jista’ jkun jibqgħu jgħixu fil-komunità li jkunu trabbew fiha. B’hekk irridu li l-anzjani tagħna wkoll ikollhom aċċess għal kura ħolistika.”

    Dr Renzo Degabriele spjega li dan is-servizz se jgħin lil dawk l-anzjani li jbatu minn problemi ta’ saħħa mentali u li ma jistgħux jaċċessaw servizzi ta’ kura ta’ saħħa mentali minħabba li ma jistgħux joħorġu minn djarhom. 

    Is-servizz ta’ konsultazzjoni tal-psikjatrija għall-anzjani fil-komunità se jagħti pariri lill-professjonisti tal-CommCare u tad-Dementia Intervention Team fuq anzjani li jesperjenzaw problemi ta’ saħħa mentali. Anzjani li ma jkunux jistgħu jagħmlu użu mis-servizz ta’ psikjatrija f’ebda entità oħra, għax ma jkunux jistgħu joħorġu minn djarhom, ikunu jistgħu jagħmlu użu minn dan is-servizz ta’ psikjatra flimkien mal-professjonisti li jkunu qed isegwu l-każ.

    Kriterji ta’ eliġibbiltà:

           Anzjani li għandhom ’il fuq minn 60 sena u li qed jgħixu fil-komunità;

           Qegħdin jesperjenzaw problemi ta’ saħħa mentali;

           Ma jistgħux joħorġu mid-dar biex jattendu kliniċi ta’ outpatients.

    L-anzjani se jiġu identifikati mill-CommCare u mid-Dementia Intervention Team u se jintalab ċertifikat mediku mingħand it-tabib tal-familja. Tobba tal-familja jistgħu wkoll jirreferu anzjani b’dawn il-problemi b’konsultazzjoni mal-CommCare. 

    Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jaċċessa s-sit tad-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità: https://activeageing.gov.mt jew iċempel fuq 2258 9393.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0