“Il-UĦM m’għadditx mill-bieb u qed tipprova tgħaddi mit-tieqa”

  • Aww 13, 2019 11:53
  • Miktub minn Matthew Charles Zammit
"

    Il-Union tal-Infermiera u tal-Qbiela (MUMN) ħabbret li fetħet protest ġudizzjarju kontra l-Gvern, biex ma jaċċettawx it-talba li qegħda issir mill-Union Ħaddiema Maqgħudin biex ikollhom r-rikkonoxximent tal-ħaddiema fl-Allied Health Professionals.

    Dan għaliex l-MUMN, f’Settembru li għadda, kienet ingħatat ir-rikonoxximent uffiċjali tal-Fiżjoterapisti li jaħdmu fi ħdan id-Dipartiment tas-Saħħa, li jaqgħu taħt il-klassifikazzjoni tal-Allied Health Professionals. Skont l-Avukat Chris Cilia, li qiegħed jippreżenta lill-MUMN, it-talba tal-UHM għar-rikonoxximent tal-Allied Health Professionals “tmajna u tmur kontra d-dritt ta’ dawn il-ħaddiema li jissiebħu f’għaqda trejd-unjonistika tal-għażla tagħhom, għax qegħdin jiġu sfurzati jingħaqdu mal-UHM minkejja li huma membri tal-MUMN.”

    L-MUMN saħqet li l-Gvern kien qiegħed juża “sistema kawlata” fejn jidħlu n-negozjat ta’ ftehim kollettiv tal-ħaddiema. “Dan għalhiex qiegħed jinnegozja ftehim wieħed ma’ ħaddiema b’karigi u bi professjonijiet differenti. Dan l-approċċ ta’ one-size-fits-all ma jagħmilx sens: Il-fiżjoterapisti għandu bżonnijiet speċifiċi li huma totalment differenti minn dawk tal-infermiera, u viċi versa.”

    “Madanakollu, t-talba tal-UĦM għal rikonoxximent f’dan il-lat qatt ma tista tiġi aċċettata mill-Gvern, sakemm l-UĦM ma tipprovax li hija għandha l-maġġoranza tal-membri tal-Allied Health Professionals, inklużi tal-fiżjoterapisti. U dan aħna nafu biċ-ċert li mhix il-każ, għaliex mal-MUMN, hemm xejn inqas minn 170 mill-200 fiżjoterapista li qegħdin jaħdmu fil-preżent.”

    Mistoqsija jekk hija kinitx qegħda tikkunsidra xi azzjoni industrijali relatata ma’ dan il-każ, l-MUMN saħqet li hija ma kinitx qegħda teskludi xejn, pero l-ewwel kienet qegħda tistenna l-eżitu tal-qorti fil-konfront tat-protest ġudizzjarju tagħha.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0