CD ċelebrattiv mill-Għaqda Mużikali ‘Marija Assunta’

  • Aww 07, 2019 09:46
  • Miktub minn iNews
"

    Waqt li bħalissa fir-raħal tal-Gudja qed tirrenja arja festiva meta ninsabu fil-Kwindicina bi tħejjija għall-festa titulari ta’ Santa Marija, il-Kumitat Amministrattiv tal-Għaqda Mużikali ‘Marija Assunta’  għadu kemm nieda CD  ċelebrattiv meta issoktaw iċ-ċelebrazzjonijiet li qegħdin ifakkru l-100 sena mit-twaqqif tal-istess soċjetà kif ukoll tal-75 sena mill-formazzjoni tal-banda tagħha.

    Dawn iż-żewġ anniversarji huma magħdudin bħala ferm importanti. Għax apparti li jixhdu l-amor proprju li l-Gudjani dejjem kellhom lejn il-kultura mużikali li ssarrfet f’ħidma sfiqa u kontinwa matul dan l-aħħar seklu biex aktar nies japprezzawha u jħobbuha, dawn l-anniversarji jkomplu wkoll isawru l-istorja mużajka tal-poplu Gudjan. 

    It-tnedija ta’ dan is-CD sar waqt laqgħa preseduta mill-President tal-Għaqda Mużikali ‘Marija Assunta’, is-Sur Omar Xuereb flimkien mas-Surmast Direttur tal-Banda ‘Marija Assunta’, Mro Hermann Farrugia Frantz, u li għaliha kienu mistiedna wħud mill-aqwa xandara minn diversi stazzjonijiet tar-radju f’pajjiżna.

    Dan is-CD ċelebrattiv jinkludi għadd ta’ marċi li nkitbu minn surmastrijiet magħrufa għall-Banda ‘Marija Assunta’ u li qatt ma gew irrikordjati qabel, kif ukoll marċi oħra li nkitbu apposta għal din l-okkażjoni speċjali.

    Il-kompożizzjonijiet inklużi huma ‘Ċentinarju’ ta’ Hermann Farrugia Frantz; ‘75 Sena Banda’ ta’ Joseph Belli; ‘100 Sena Soċjetà’ ta’ Carmel Ellul; ‘La Grande’ ta’ James Chappell; ‘Michelle’ ta’ Andrew Coleiro; ‘Centennial Celebrations’ ta’ Ray Sciberras; ‘Jum Marija Assunta’ ta’ Joseph M. Bilocca; ‘Lil San Ġużepp’ ta’ Joseph N. Farrugia; ‘Triumphat’ ta’ Willie Attard; ‘Innu Madonna taċ-Ċintura’ ta’ Joseph M. Bilocca; ‘Innu Marċ - Omaggio Giubilare’ ta’ Hermann Farrugia Frantz b’versi ta’ Joseph Charles Galdes u bis-sehem tal-Coro Bel Canto; kif ukoll l-magħruf ‘Innu tal-Banda’ ta’ Willie Attard.

    Kopji ta’ dan is-CD jistgħu jinkisbu mill-każin tal-Għaqda Mużikali ‘Marija Assunta’. Intant, dawn il-marċi brijużi flimkien mal-innijiet popolari sejrin jindaqqu mill-Banda ‘Marija Assunta’ fil-marċi kif ukoll il-programm mużikali li hija se tesegwixxi matul il-ġimgħa tal-festa titulari ta’ Santa Marija.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0