12-il xahar ħabs talli hedded li joqtol lill-ġenituri tiegħu … “Il-vizzju tad-droga kissritlu ħajtu u dik tal-ġenituri tiegħu”

  • Aww 06, 2019 13:44
  • Miktub minn iNews
"

    Clifton Attard, ta' 28 sena minn Ħaż-Żabbar, ingħata sentenza ta' tnax-il xahar priġunerija effettiva, wara li kien misjub ħati talli hedded, kemm personalment kif ukoll permezz ta' mezzi elettroniċi, lill-ġenituri tiegħu, kif ukoll li għamel ħsara fuq il-propjeta personali tagħhom

    Il-każ seħħ iktar kmieni din is-sena, fejn il-Qorti sabet lil Attard ħati talli ta fastidju lill-ġenituri tieħgu, talli heddidihom bi vjolenza u b'mewt, anke bl-użu tal-ġebel, kif ukoll għamel ħsara fuq il-bieb tal-komun tal-bieb fejn kienu jgħixu l-ġenituri tiegħu, liema ħsara skont il-Qorti, laħqet spiża ta' €250.

    Minkejja li huwa wieġeb ħati tal-akkuiżi, il-Qorti kkunsidrat fost l-oħrajn il-fedina penali tal-imputat, "li hija waħda refrattarja u tinkludi sejbien ta' ħtija dwar diversi reati, fosthom diversi istanzi ta' serq aggravat, ħsara volontarja, falsifikazzjoni ta' dokumenti, kif ukoll pussess ta' droga."

    Il-Qorti tennet li l-imputat qiegħed ibagħti mill-vizzju tad-droga, u "fiċ-ċirkostanzi, ikun iżjed għaqli li huwa jingħata piena karċerarja effettiva biex jindirizza din il-problema." Hija saħqet li l-akkużat "kien qiegħed jeqred ħajtu bid-droga, u qiegħed jeqred ukoll dik tal-ġenituri tiegħu, il bl-aġir tal-imputat spiċċaw f'sitwazzjoni fejn bil-kemm jistgħu joħorġu minn darhom, fastidjati għall-aħħar u mbeżżgħin."

    Apparti s-sentenza ta' priġunerijal, il-Qorti ordnat il-ħruġ ta' Ordni ta' Trażżin biex huwa ma jkellimx u ma jikkuntatjax bl-ebda mod lill-ġenituri tiegħu, filwaqt li huwa jingħata l-għajnuna immedjata biex isegwi programm ta' rijabilitazzjoni kontra l-istess vizzju ġewwa l-ħabs stess.

    Il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras ppresediet il-kawża, filwaqt li l-Ispettur Christina Delia mexxiet il-prosekuzzjoni kontra Attard.  

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0