“Ġejt Malta bħala mudella … spiċċajt f'massage parlour"

  • Lul 22, 2019 13:47
  • Miktub minn iNews
"

    Ukrena li ġiet Malta mingħaliha se tibda karriera ta' mudella spiċċat f'massage parlour tagħti “servizzi extra” lill-klijenti u anke tieħu 'shower' magħhom.

    Ir-rakkont ta' Oleksandra huwa wieħed minn numru ta' esperjenzi li ġew miġbura bħala parti mill-kampanja “Uman, bħalek” li l-Gvern għadu kemm nieda biex iqajjem kuxjenza dwar it-traffikar tal-bnedmin.

    Oleksandra tirrakkonta kif ġiet Malta meta kellha 23 sena għax peress li kienet 'single mother' riedet xogħol b'paga aħjar minn dik li kellha f’pajjiżha.

    L-esperjenza tagħha f'Malta bdiet meta fl-Ukrajna ltaqgħet ma' aġent tal-immuddellar mara li semmitilha kif kien hemm opportunitajiet f'dan il-qasam f'pajjiżna.

    Il-mara talbitha numru ta' ritratti u wara diversi laqgħat għamlet l-arranġamenti biex tivvjaġġa lejn Malta.

    X'ħin waslet Malta ġie għaliha Malti u mingħajr ma introduċa lilu nnifsu magħha ħadha f'appartament mingħajr ma taha l-indirizz u mingħajr ma qalilha x'kien mistenni minnha.

    'Fl-appartament kien hemm żewġ nisa oħra, Pollakka u Ungeriża. Kienu jiġu tard bil-lejl u jitilqu kmieni filgħodu”.

    Wara jumejn ġew għaliha raġel u mara li ħaduha f'massage parlour. Kien jidher is-sid tal-post mentri l-mara kienet qisha r-receptionist u kienet tieħu l-flus tal-klijenti.

    Il-mara qaltilha li kellhom jiġu rġiel biex jieħdu “servizz” u li hija kellha tassigura li kienu jkunu sodisfatti.

    Lin-nisa l-oħra fil-massage parlour rathom lebsin ħwejjeġ imqaċċtin u kienu jevitaw li jitkellmu meta kien ikun hemm ir-raġel

    “Il-mara tiegħu tatni żewġ settijiet ta' ħwejjeġ ta' taħt. Kont mistennija nieħu shower wara kull kuntatt ma' raġel Ġieli kien hemm klijenti li talbuni nieħu shower magħhom”.

    Kien hawnhekk li hija ndunat x'kien mistenni minnha u ħassitha mqarrqa u maqfula bla flus u lanqas ma taf fejn kienet.

    Oleksandra żżid tgħid li meta kien jiġi klijent hija kienet titlob li ma jitlob xejn aktar minn massage madankollu ħafna drabi dan ma kienx il-każ.

    Hija kienet taħdem 10 siegħat kuljum u qatt ma rċeviet flus mingħand il-klijenti. Il-prezz kienet tagħmlu l-mara mar-reception li kienet tagħmlilha mossa partikolari kull meta xi klijent ried “extra service”.

    Min-naħa tiegħu, is-sid kien jiġi biex jiġbor il-flus u miegħu kien iġib ikel u alkoħol.

    “Kont nixrob sakemm nisker biex ma nħossnix umiljata. Mat-tfajliet l-oħra konna ninqasmu biex xi ħadd joqgħod barra ħalli jħajjar lill-irġiel jidħlu”.

    Wara li kienu jnaddfu l-post il-mara tas-sid kienet teħodhom lura l-appartament li kien mgħasses minn 'cameras' kemm ġewwa kif ukoll mal-faċċata ta' barra.

    “Kont naf li s-sid kien qed isegwi l-movimenti tagħna. Kien jitfaċċa meta xi ħaġa ma tmurx tajjeb”.

    It-trawma għal Oleksandra spiċċat meta f'lejl minnhom hija u t-tfajliet l-oħra kienu arrestati mill-Pulizija.

    Wara li ġew identifikati bħala vittmi ta' traffikar uman, it-tfajla Ukrena ngħatat parir legali u ttieħdet f'post li fih jinżammu vittmi ta' abbuż.

    L-esperjenza tispiċċa billi Oleksandra tgħid li hija għażlet li tirritorna pajjiżha anke jekk kient beżgħana li l-aġent li ltaqgħet magħha setgħet thedded lilha u lil bintha anke għax kienet taf fejn tgħix u fejn tmur skola t-tifla.

    Il-kampanja “Uman, Bħalek” qed tħeġġeġ lill-persuni li jafu xi vittma ta' traffikar uman kif ukoll lil dawk stess li ġew traffikati biex iċemplu fuq 179 għall-għajnuna.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0