Fedina penali minflok kondotta għall-għalliema l-ġodda

  • Lul 22, 2019 12:56
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Kunsill tal-Għalliema ddeċieda li mis-sena skolastika li ġejja l-għalliema kollha li se japplikaw għall-warrant se jkollhom jippreżentaw il-fedina penali tagħhom maħruġa fl-aħħar xahar, flok iċ-ċertifikat tal-kondotta kif kien isir normalment. Il-Union tal-Edukaturi Professjonisti (UPE) ħabbret li fil-jiem li ġejjin il-kapijiet tal-iskejjel, kif ukoll l-għalliema, se jkunu qed jiġu informati b’din l-aħħar deċiżjoni tal-Kunsill tal-Għalliema. 

    Il-President tal-UPE, Graham Sansone, qal li, “filwaqt li tilqa’ kull inizjattiva li tista’ tissalvagwardja lit-tfal tagħna, tfakkar li apparti l-għalliema hemm professjonisti oħrajn li jaħdmu mat-tfal tagħna waqt u wara l-ħin tal-iskola”. 

    Għaldaqstant, il-UPE tisħaq li għall-ġid tat-tfal tagħna lkoll, il-professjonisti l-oħrajn kollha li jaħdmu mat-tfal, ukoll għandhom ikunu obbligati li jippreżentaw il-fedina penali tagħhom flok iċ-ċertifikat tal-kondotta u mhux l-għalliema biss.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0