[FILMAT] Seba’ snin ħabs wara li ammetta li pprova jisraq mill-Convenience Shop tal-Gzira

  • Lul 22, 2019 12:14
  • Miktub minn iNews
"

    Raġel suspettat li kien involut fil-qtil ta’ mara li kienet rappurtata nieqsa 11-il sena, tressaq il-Qorti dalgħodu u ntbagħat seba’ snin ħabs wara li ammetta li pprova jisraq mill-Convenience Shop tal-Gzira u li rreżista l-arrest.

    John Paul Charles Woods ta’ 39 sena u li m’għandux indirizz fiss, kien arrestat nhar il-15 ta’ Lulju li għadda waqt l-allegat hold-up fejn kien ukoll armat b’sikkina.

    Ġie rrapportat li r-raġel kien tkellem dwar l-allegat qtil li seħħ fl-2008 mat-tobba waqt kien qed jinżamm fl-Isptar Monte Carmeli. Is-Sibt li għadda, allegatament indika fejn kien hemm il-fdalijiet ta’ katavru f’daħla fis-sur tal-Belt, fl-akkwati ta’ wara l-lukanda Phoenicia. 

    L-investigaturi qed jissuspettaw li l-fdalijiet huma ta’ Charlene Farrugia ta’ 25 sena, li kienet taħdem bħala carer fid-Dar tal-Providenza u li kienet ilha nieqsa minn Novembru tal-2008. Bħalissa huma qed jistennew li jsiru t-testijiet forensiċi biex jikkonfermaw is-suspetti tagħhom.

    Sadanittant, Woods wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih, bil-Maġistrat Charmaine Galea tikkundannah seba’ snin ħabs - erba’ snin fuq l-attentat ta’ serq u tliet snin oħra talli kiser żewġ ordnijiet ta’ probation. Huwa kien ukoll immultat €4,200.

    Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispetturi Fabian Fleri, Lydon Zammit u Jonathan Ransley.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0