“Sejrin norbtu lilna nfusna bil-ħbula mas-siġar“... protesta kontra l-proġett tas-Central Link

  • Lul 22, 2019 11:44
  • Miktub minn Matthew Charles Zammit
"

    Numru ta' residenti minn Ħ'Attard, kif ukoll attivisti oħra, se jingħaqdu nhar il-Ħadd li ġej fi protesta "silenzjuża u mhux partiġġjana" kontra l-proġett tas-Central Link. L-attivisti saħqu li din il-protesta se ssir, wara li "mill-inqas mal-550 siġra sejrin jitqaċċtu minħabba dan il-proġett, b'uħud minnhom jkunu siġar maturi."

    "L-għan idejali tagħna huwa li jkollna mas-700 persuna marbutin ma' dawn is-siġar, flimkien ma' numru ta' persuni oħra li jgħinu. Kulħadd sejjer iġib il-ħbula, l-ilma u n-neċessitajiet kollha għal din il-protesta."

    Waħda mill-organizzaturi ta' din il-protesta irringrazzjat lin-nies tal-appoġġ li kienet qegħda tirċievi, filwaqt li appellat lir-residenti u lil dawk kollha interessati biex jingħaqu fil-protesta. 

    Il-proġett tas-Central Link kien approvat matul il-ġimgħa li għaddiet, f'seduta pubblika taħraq ġewwa l-Awtorita tal-Ippjanar. Il-Ministru Ian Borg saħaq li dan il-proġett kien ser iwassal "għal iktar tħaddir, fosthom it-tħawwil ta' 125 siġra taż-żnuber ġodda", filwaqt li fakkar kif dan il-proġett kien sejjer jeħtieġ 57% inqas art agrikola minn dak li kien oriġinarjaent propost minn Gvernijiet preċedenti fl-2006. 

    Madanakollu, numru ta' attivisti ambjentalisti, fosthom l-eks kandidata tal-Partit Demokratiku Camilla Appelgren, l-eks Chairperson tal-Alternattiva Demokratika Arnold Cassola, u kif ukoll membri tal-Bicycle Advocacy Group, kkritikaw bl-aħrax dan il-proġett. Cassola saħaq kif b'dan il-proġett, il-Gvern "kien sejjer jonfoq €55 miljun u aktar, biex tkisser għexieren ta' familji ta' bdiewa, u kif ukoll mijiet ta' familji ġewwa Ħ'Attard."

    "Sejjer teqred kważi 50,000 metru kwadru ta' art agrikola, mijiet ta' siġar kważi ċentenarji, filwaqt li ser iżżid it-traffiku u t-tniġġis tal-pulmuni tagħna. Meta tikber u timmatura, inti ser tinduna mhix biss kemm int arroganti, iżda ser tibki l-istraġi li tkun ġibt int b'idejk fuq il-pajjiż u ċ-ċittadini tiegħu."

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0