Il-KSJC tniedi kampanja favur is-sensibilizazzjoni ambjentali f’pajjiżna

  • Lul 22, 2019 11:32
  • Miktub minn Matthew Charles Zammit
"

    Il-Kunsill tal-Istudenti tal-Junior College (KSJC) nediet kampanja “Think Green”, bil-għan li tissaħħaħ is-sensibilizazzjoni fuq l-ambjent, l-indafa u kontra l-iskart fi ħdan il-korp studentesk, kif ukoll fiż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin. Il-Kunsill nieda din il-kampanja waqt li kien qiegħed jieħu sehem f’attivita ta’ tindif fuq il-bajja, kif ukoll taħt il-baħar, ġewwa Fra Ben fil-limiti ta’ San Pawl il-Baħar.

    Il-kampanja “Think Green” sejra tinkludi wkoll numru ta’ attivitajiet ta’ clean-ups simili f’postijiet differenti f’Malta u Għawdex. Apparti hekk, il-Kunsill sejjer jaħdem fuq kampanja ta’ tagħrif fuq is-suġġett, waqt li jingaġġa f’sensiela ta’ laqgħat u djalogi ma’ għaqdiet non-governattivi u mal-awtoritajiet ikkonċernati, biex ikunu jistgħu jesploraw iktar possibilitajiet.

    Il-KSJC tenna wkoll li sejjer jaħdem biex itejjeb is-sistema ta’ riċiklaġġ li hemm ġewwa l-Kulleġġ stess, kif ukoll fl-akwati tal-Imsida. Fl-istess ħin, il-Kulleġġ sejjer jassigura li fi ħdan il-Kulleġġ, ser ikomplu jinżergħu numru ikbar ta’ sigar, għat-tgawdija tal-kommunita studenteska.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0