Għawm: L-Awstraljan Mack Horton jirrifjuta li jitla’ fuq il-podju maċ-Ċiniż Sun Yang

  • Lul 22, 2019 11:00
  • Miktub minn iNews
"

    L-għawwiem Awstraljan Mack Horton reġa’ fetaħha qatta’ bla ħabel kontra r-rivali miċ-Ċina Sun Yang, snin wara li akkużah li kien qed jieħu d-droga.

    Sun rnexxielu jegħleb lil Horton fil-kampjonati dinjija tal-għawm li saru fil-Korea t’Isfel sabiex rebaħ il-midalja tad-deheb fil-kompetizzjoni 400 metru freestyle.

    Aktar tard Horton, li spiċċa fit-tieni post tat-tellieqa, irrifjuta li jaqsam il-podju tal-midalji ma’ Sun. Dan tal-aħħar sostna li jiddispjaċih li dan il-battibekk ilu għaddej għal dawn l-aħħar snin.

    Sadanittant Horton, li hu ċ-champion Olimpiku attwali, irrifjuta wkoll li jieħu b’idejn Sun filwaqt li ħa ritratti mat-tielet għawwiem klassifikat Gabriele Detti mill-Italja.

    Sun kien sospiż tliet xhur ħames snin ilu wara li rriżulta pożittiv għat-test tad-doping wara li ħa stimulanti msejjaħ trimetazidine. Sun kien iddefenda dan kollu meta qal li kellu problema f’qalbu.  

    Il-battibekki bejn Sun u Horton ilhom għaddejjin matul is-snin tant li anke fil-Logħob Olimpiku li sar f’Rio fis-sena 2016, Horton kien akkuża lil Sun li ċafċaflu l-ilma ġo wiċċu apposta waqt is-sessjoni ta’ taħriġ li kienet qed issir qabel it-tellieqa tal-400 metru. Biex ikompli jżid il-melħ mal-ferita, hu kien qal li għandu problema kbira jikkompeti ma’ nies li jieħdu d-droga. F’dik is-sena Horton kien rebaħ id-deheb għalkemm Sun kien iddominat din l-istess kompetizzjoni fix-xhur ta’ wara.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0