Mudell elettriku tal-Mini mill-2020

  • Lul 20, 2019 19:20
  • Miktub minn iNews
"

    BMW tat spinta ora lill-industrija tal-karozzi fir-Renju Unit billi kkonfermat li l-produzzjoni tal-Mini elettriku l-ġdid tagħha se tibda f'Cowley f'Novembru. Il-kunsinni tal-ewwel karozza kompletament elettrika tal-marka se tibda f’Marzu 2020.

    Aktar kmieni din is-sena, membru tal-bord tal-BMW qajjem paniku fis-swieq meta wissa li l-kumpanija tikkunsidra tirtira kompletament ial-produzzjoni tal-karozzi mir-Renju Unit jekk Brexit iseħħ bla ebda ftehim.

    Il-kumpanija qalet li diġà kellha 15-il elf espressjoni ta’ interess qabel bdiet tieħu l-ordnijiet. Il-karozza se tinbiegħ bi prezz ta’ madwar 24,400 sterlina, inkluż għotja ta’ 3,500 ewro mil-Gvern. Dan l-investiment se jħares l-impjieg ta’ 5,000 persuna fl-impjant ta’ Oxford, li s-sena li għaddiet produċa 234,501 Mini u Mini Clubman.

    Filwaqt li l-Mini oriġinali nbniet mill-British Motor Corporation fid-dawl tan-nuqqas ta’ fjuwil fi żmien il-kriżi ta’ Suez fl-1956, dan l-aħħar mudell għandu jippermetti lill-BMW, li kien nieda mill-ġdid il-Mini fis-sena 2000, biex tnaqqas l-emissjonijiet medji tal-karozzi li tbiegħ biex tilħaq il-limiti tal-emissjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0