L-ERA tiġġustifika l-vot favur is-Central Link Project

  • Lul 19, 2019 19:43
  • Miktub minn iNews
"

    L-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) iġġustifikat il-vot favur il-proġett tas-Central Link billi saħqet li kien bl-intervent tagħha li l-impatt fuq is-siġar naqas “b’mod drastiku”.

    L-għada li l-Awtorità tal-Ippjanar approvat il-proġett, mal-bini tal-ERA sar tħażżiż bi protesta fosthom bil-kliem “ERA mafja”.

    Il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima Jose Herrera ikkundanna dan il-kliem u waqt li sostna li l-vandaliżmu mhu ġustifikat qatt sostna li l-ERA se tkompli tiddefendi l-kapital naturali.

    L-ERA nnifisha ikkundanna dan it-taħżiż u qalet li għaddiet il-filmati tas-CCTV cameras lill-Pulizija biex tinvestiga minn wettaq dan ir-reat.

    Hija sostniet li bħala konsulent estern mal-Awtorità tal-Ippjanar hija eżaminat il-proġett bir-reqqa matul l-aħħar xhur u ħejjiet rapport dwar l-impatt ambjentali li kien fih numru ta’ konklużjonijiet u pariri.

    L-ERA saħqet li kienu d-diskussjonijiet xprunati minnha li wasslu biex l-impatt fuq is-siġar se jonqos b’mod drastiku bħalma naqas b’mod sinifikanti l-ammont ta’ art li se tittieħed.

    “L-Awtorità tibqa’ b’mod kostanti twettaq ħidma sabiex toffri l-aktar element ta’ protezzjoni lill-kapital naturali tagħna u dan permezz tal-għodda u l-parametri stabbiliti bil-liġi”.

    Sadanittant, grupp ta’ attivisti ambjentali bdew jiġbru petizzjoni immirata biex jippruvaw iġiegħlu lill-Professur Victor Axiak jirriżenja minn Ċermen tal-ERA.

    Huma jinsabu rrabjati talli bħala wieħed mill-membri tal-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar ivvota favur il-proġett tas-Central Link.

    L-attivisti rrikorrew għas-sit Change.org biex jiġbru l-firem immirati biex jappellaw lill-Prim Ministru Joseph Muscat u lill-ministru responsabbli mill-ambjent Jose Herrera biex jagħmlu pressjoni fuqu biex jirriżenja.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0