Il-Malta Airport Foundation tinawgura t-torri ta’ Xutu f’Wied iż-Żurrieq

  • Lul 11, 2019 17:03
  • Miktub minn iNews
"

    Nhar l-Erbgħa, il-Malta Airport Foundation inawgurat it-torri ta’ Xutu f’Wied iż-Żurrieq, li ġie rrestawrat reċentement mill-istess Fondazzjoni flimkien ma’ Din l-Art Ħelwa, l- organizzazzjoni gwardjana ta’ dan is-sit storiku.

    Il-ftuħ mill-ġdid ta’ dan it-torri kien tassew sinifikanti kemm għall-Malta Airport Foundation u kemm għal Din l-Art Ħelwa. Dan għaliex, ir-restawrazzjoni tat-torri Ta’ Xutu kienet l-ewwel proġett li bdiet taħdem fuqu l-Malta Airport Foundation u l-għaxar proġett ta’ restawrazzjoni ta’ fortifikazzjoni ta’ mal-kosta għall-organizzazzjoni Din l-Art Ħelwa.

    Il-proġett Ta’ Xutu sewa mal-kwart ta’ miljun ewro u ġie ffinanzjat kompletament mill-Malta Airport Foundation. Barra mir-restawrazzjoni tat-torri nnifsu, il-proġett inkluda wkoll ir- riabilitazzjoni tal-garigue ta’ maż-żona fejn jinsab it-torri, li hija wkoll waħda mill-34 sit terrestri li jiffurmaw in-netwerk lokali ta’ Natura 2000.

    “L-appoġġ tal-Fondazzjoni għal dan il-proġett mhuwiex ser jieqaf hawnhekk mal-ftuħ tat- torri. Il-Fondazzjoni hija impenjata li tibqa’ tgħin fiż-żamma ta’ dan is-sit tant importanti u l- promozzjoni tiegħu, biex b’hekk aktar turisti u Maltin jiskopri din il-ġawhra fin-Nofsinhar ta’ Malta,” qal iċ-ċermen tal-Malta Airport Foundation, is-Sur Fredrick Mifsud Bonnici.

    Il-Malta Airport Foundation twaqqfet fl-2014 bħala parti minn approċċ ġdid adottat mill- Ajruport Internazzjonali ta’ Malta lejn ir-responsabbiltà korporattiva. Il-missjoni tal- Fondazzjoni, li hija amministrata b’mod indipendenti mill-ajruport, hija li tappoġġja proġetti u inizjattivi sostenibbli li jissalvagwardjaw il-wirt lokali u l-ambjent għall-ġenerazzjonijiet futuri, filwaqt li jtejbu l-prodott turistiku tal-gżejjer Maltin.

    Il-President Eżekuttiv ta’ Din l-Art Ħelwa, il-Prof. Alex Torpiano rringrazzjoni lill-Malta Airport Foundation għall-appoġġ finanzjarju u l-inkoraġġiment li tat tul il-proċess, li ppermettew li dan il-proġett, li ma kienx nieqes mill-isfidi tiegħu, jitlesta. Il-Professur Torpiano kellu wkoll kliem ta’ ringrazzjament għall-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, il-pariri ta’ liema kienu kruċjali minħabba l-importanza ambjentali tas-sit, il-Kunsill Lokali tal-Qrendi u l- voluntiera kollha ta’ Din l-Art Ħelwa.

    Il-Kap Eżekuttiv tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta s-Sur Alan Borg irrimarka li permezz tal-Fondazzjoni l-ajruport diġà investa sinifikattivament fi proġetti ta’ restawrazzjoni, riċerka u li għandhom x’jaqsmu mad-dinja tal-baħar. Dawn il-proġetti kollha jikkontribwixxu sabiex jarrikkixxu l-vaganzi tat-turisti li jagħżlu lil Malta għall-btala tagħhom u jgħinu lill-ajruport jagħti lura lill-komunità li fiha jopera.

    Il-Ministru tat-Turiżmu Dr Konrad Mizzi faħħar ix-xogħol li sar fil-proġett ta’ restawrazzjoni u landscaping madwar it-torri Ta’ Xutu, filwaqt li esprima s-sodisfazzjon tiegħu li dan jikkumplementa l-isforzi tal-Ministeru li huma mmirati lejn it-titjib tal-prodott turistiku tal-gżejjer. Il-Ministru Mizzi kellu wkoll kliem ta’ tifħir għall-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta li, permezz tal-Malta Airport Foundation, qed jaħdem sabiex itejjeb il-kwalità ta’ dak li għandu x’joffri n-Nofsinhar ta’ Malta.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0