L-MPE Agius Saliba jitlob impenn b’saħħtu mill-President nominata tal-Kummissjoni Ewropea biex tissolva l-kriżi tal-immigrazzjoni

  • Lul 11, 2019 16:44
  • Miktub minn iNews
"

    L-Ewro-Parlamentari Alex Agius Saliba talab lill-President nominata tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen, biex tagħti impenn ċar u b’saħħtu biex b’mod urġenti tissolva l-kriżi tal-immigrazzjoni filwaqt li jingħata appoġġ denju u ġust lill-pajjiżi tal-fruntieri, bħal Malta. Huwa qal dan waqt laqgħa bejn il-Grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi u von der Leyen.

    Agius Saliba qal li huwa stenna risposti ferm aktar konkreti mill-President nominata. “Staqsejna bosta mistoqsijiet, iżda bqajna bla risposti jew inkella b’risposti vagi”, qal l-Ewro-Parlamentari Malti wara l-laqgħa.

    Dr Alex Agius Saliba qal li għalih huwa importanti ħafna li l-President nominata tagħti impenn ċar li se tkun qed taħdem biex din il-problema Ewropea tiġi ndirizzata bis-serjetà. Huwa fakkar kif matul din il-ġimgħa biss, 44 immigrant ġew diżimbarkati f’Malta, u li din kienet it-tieni darba fi spazju ta’ ftit jiem.

    “Il-kriżi tal-immigrazzjoni tibqa’ sfida ewlenija li hemm bżonn tiġi ndirizzata fi spirtu ta’ solidarjetà u umanità. Irridu li von der Leyen twiegħdna li s-sitwazzjoni attwali ta’ mblokk  li teżisti fil-Kunsill fuq ir-riforma dwar l-ażil tiġi riżolta. Aħna rridu li r-Regolament ta’ Dublin jiġi rivedut għaliex huwa ċar li mhux qiegħed jaqdi l-funzjoni tiegħu”, kompla jgħid l-Ewro-Parlamentari tal-Partit Laburista Alex Agius Saliba.

    Huwa saħaq li l-Kummissjoni Ewropea l-ġdida hemm bżonn li tagħti aktar għajnuna finanzjarja filwaqt li tinvesti fil-pajjiżi tal-fruntieri, bħalma huwa Malta. Irridu li nindirizzaw l-isfidi li jgħaddu minnhom il-gżejjer tal-Mediterran, b’hekk hemm bżonn b’mod tanġibli solidarjetà u soluzzjoni Ewropea biex ikun hemm distribuzzjoni ġusta u xierqa tal-immigranti bejn l-Istati Membri kollha. Dan filwaqt li bħala Unjoni rridu naraw li nipprovdu l-għajnuna neċessarja lill-pajjiżi tal-oriġini u dawk tat-tranżitu sabiex ikunu jistgħu jipprovdu kwalita’ ta’ ħajja u opportunitajiet aħjar liċ-ċittadini tagħhom.

    Agius Saliba kkonkluda billi qal li biex dan kollu jkun possibbli, hemm bżonn l-appoġġ u l-impenn assolut tal-Kummissjoni l-ġdida.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0