“Il-pajjiżi tal-UE jridu jaħdmu aħjar flimkien biex jiksbu l-aħjar prezz tal-mediċina“

  • Lul 11, 2019 15:20
  • Miktub minn iNews
"

    Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne insista fil-preżenza ta' rappreżentanti minn disa' pajjiżi Ewropej li huwa biss jekk jaħdmu flimkien li jistgħu jġibu l-aħjar prezzijiet tal-mediċina.

    Huwa iddikjara dan fid-diskors ta' introduzzjoni li għamel fil-Valletta Declaration hekk kif Malta u l-istess disa' pajjiżi bdew jiltaqgħu biex jiddiskutu kif jistgħu jaħdmu aħjar biex iġibu prezzijiet aħjar għall-mediċina.

    Id-disa' pajjiżi li qed jiltaqgħu fil-MUŻA biex flimkien ma' Malta jiddiskutu kif se jaħdmu aħjar flimkien f'dan il-qasam huma l-Kroazja, Ċipru, il-Greċja, l-Irlanda, l-Italja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja u Spanja.

    Fearne saħaq li jekk kull pajjiż jew reġjun jaħdem għalih ma jistax jikseb mediċini bl-aħjar prezz għax l-industrija farmaċewtika twiegħed l-aħjar prezz lil kull wieħed imma jekk jaqsmu l-informazzjoni flimkien ikollhom iktar saħħa biex jiksbu prezz tajjeb għax qed jirrappreżentaw 160 miljun persuna li jfissru terz tal-UE.

    Il-Ministru għas-Saħħa wera x-xewqa wkoll li l-10 pajjiżi jiddiskutu wkoll il-possibilita li jidħlu f'diskussjonijiet mal-industrija tal-farmaċija biex fondi mill-UE li qed jinvestuha fiha għar-riċerka dwar mediċini twassal biex jekk joħorġu mediċini ġodda grazzi għall-istess riċerka din tinbiegħ lilhom bi prezz iktar baxx.

    Waqt li esprima l-gratitudni tiegħu għall-industrija tal-farmaċija huwa sostna li ħidma bejn iż-żewġ naħat tista' twassal għal 'win-win situation' li minnha l-aktar li jgawdi huwa l-pazjent.

    Ritratti: Roger Azzopardi

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0