In-nannu tal-għarusa jwarrab biex igawdi l-ikel mat-tifkira ta' martu f'jum it-tieġ

  • Lul 10, 2019 11:39
  • Miktub minn iNews
"

    Għarusa friska qiegħda xxerred ritratt tat-tieġ tagħha li juri l-mument meta nannuha warrab biex ikun jista’ joqgħod jiekol waħdu faċċata tal-memorja ta’ martu.

    Sahrah Elswick minn West Virginia xerrdet dan ir-ritratt li qajjem ċertu emozzjoni u kitbet tiddeskrivi l-mument ta’ mħabba li seta’ jinħass ċar fost dawk preżenti.

    It-tifkira tan-nanna kien dan is-siġġu li mhux biss kellu ritratti mwaħħlin, iżda kellu wkoll miktubin il-kelmiet “Nafu li li kieku l-ġenna ma kinitx daqshekk ’il bogħod kieku llum kont tkun magħna hawnhekk”.

    Fost dawk li kkummentaw kien hemm dawk li qalulha li għandha tħossha kburija li setgħet tgawdi tali eżempju ta’ mħabba li jiddefinixxu t-tifsira sħiħa taż-żwieġ.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0