Jeħel sitt snin ħabs wara li “gidem” numru ta’ riċevituri tal-lottu

  • Lul 05, 2019 13:14
  • Miktub minn iNews
"

    Matthew Camilleri ta’ 32 sena mill-Gżira, li għandu problema serja tad-droga, kien ikkundannat sitt snin ħabs wara li nstab ħati ta’ frodi, falsifikazzjoni u li għamel użu minn ċekkijiet misruqa meta kien imur jilgħab il-logħob tal-U*Bet f’diversi banek tal-lottu madwar il-pajjiż.

    Mill-provi mressqa quddiem il-Maġistrat Joseph Mifsud, irriżulta li Camilleri kien ħoloq skema li permezz tagħha kien qed jipperswadi lid-diversi sidien tal-banek tal-lottu biex jaċċettaw iċ-ċekkijiet li kien qed jagħmel użu minnhom biex iħallas għal-logħob li huwa ried jilgħab.

    Mix-xhieda tad-diversi riċevituri tal-lottu ħareġ ċar x’kien qed jagħmel l-imputat biex jikseb qliegħ illeċtu bis-saħħa ta’ ċekkijiet li kienu ġew misruqa u li l-Prosekuzzjoni ġabet prova ta’ dan anke għaliex kien daħal rapport il-Bank Of Valletta.

    Fil-Qorti ħareġ illi l-imputat kien qed imur f’banek tal-lottu differenti biex ma jattirax fil-għajn filwaqt li ma kienx qiegħed jaqa’ fuq l-istess riċevitur tal-lottu kull darba. 

    Huwa kien konxju tal-fatt li meta kien jilgħab il-logħob tal-U*Bet, hekk kif jiġi reġistrat il-kupun tal-logħob, wara ħames minuti dan ma jkunx jista’ jitħassar mis-sistema u allura dan irid jitħallas bilfors. Kien għalhekk li qagħad iħalli l-ħin jgħaddi biex ir-riċevitur jkollu jaċċetta l-ħlas biċ-ċekk bilfors.

    Apparti minn hekk, ipprova jagħti l-impressjoni li huwa kien involut fin-negozju u anke jaħdem ġo postijiet differenti meta fil-verità ma kienx. Wieħed mir-riċevituri xehed li “lili qalli li jaħdem fil-pixxina, għandu take away tal-pastizzi missieru”. 

    Fuq in-naħa ta’ wara taċ-ċekk kien anke jindika n-numru tal-karta tal-identità “tiegħu” u anke numru tat-telefon biex jagħti aktar kredibilità tal-azzjoni tiegħu u b’hekk “iserraħ” moħħ ir-riċevitur li ma kellux għalfejn jinkwieta għax kien qed iħallsu b’ċekk. 

    Minħabba din l-iskema li huwa kien qed juża, inħass il-bżonn li jiġu infurmati r-riċevituri kollha tal-lottu permezz tal-membri tal-Kumitat li jirrappreżenta l-interessi tagħho biex ovvjament ma jaqgħux għal din l-iskema.

    L-identità tal-imputat ġiet konfermata b’ċertezza mir-riċevituri. Wieħed minnhom saħansitra ppreżenta ritratti meħuda mis-CCTV tal-banka tiegħu fejn jidher imur għandu biex isarraf il-kupuni li kienu rebħuh.

    Fis-sentenza tiegħu, l-Maġistrat Mifsud innota kif l-imputat ingħata kemm-il possibiltà li jaqbad it-triq tar-riforma pero’ kull darba rema l-opportunitajiet li huwa kien ingħata. 

    “Is-soċjetà jixirqilha protezzjoni minn persuni bħall-imputat li jaħseb li jista’ jgħaddi biż-żmien lil qrabatu, lil min prova jagħtih l-appoġġ u l-kura u lil Qrati.”

    Il-Qorti żiedet tinnota li dan il-każ imur lura għall-2012, u li l-imputat għandu ħafna mit-tort jekk mhux it-tort kollu għal dan id-dewmien. “Dan il-każ kellu jkun deċiż snin ilu li kieku l-imputat ikkopera mal-avukati difensuri tiegħu,” qalet il-Qorti. 

    Waqt li ma sabitux ħati għall-akkużi ta’ serq, il-Qorti sabitu ħati ta’ frodi, li ffalsifika ċekkijiet u għamel użu minnhom, li kien riċediv u kien ikkundannat għal piena ta’ sitt snin priġunerija. 

    Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Joseph Busuttil u Saviour Baldacchino. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0