Numru ta’ spezzjonijiet f’lokalitajiet differenti f’Malta iwasslu biex jinqabdu 3,740 sigarett, u mat-22 kilogramma ta’ tabakk mibjugħ illegalment
L-Uffiċjali tad-Dwana ħabbru li, wara numru ta’ tfittxijiet f’diversi lokalitajiet, ġew konfiskati numru ta’ prodotti li kienu qegħdin jinbiegħu illegalment mingħajr dazju. “Dan kien qiegħed isir biex tkompli l-ġlieda kontra l-operat tat-traffikar illegali, u biex jiġu miġbura t-taxxi dovuti.”
Fit-tfittxijiet li huma għamlu ġewwa ir-Rabat, Ħad-Dingli, il-Mosta, San Pawl il-Baħar, Tas-Sliema, San Ġiljan, Paceville, Ħal Balzan, Ħal Lija u Marsaxlokk, l-membri tat-taqsima tal-infurzar fi ħdan id-dwana sabu 3,740 sigarett, 21.6 kilogramma ta’ tabakk, 3,727 flixkun non-alkoholika, 217 flixkun tal-inbid, u 53 flixkun ieħor li kienu qegħdin jinbiegħu mingħajr ma tħallas id-dazju tagħhom.
Liema tfittxijiet, li saru fuq numru ta’ jiem, involvew ammont ta’ ħwienet differenti, fejn il-prodotti msemmija hawn fuq kienu kollha għall-bejgħ.
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.