Tliet xhur ħabs talli sabbat lit-tifel mal-ħajt

  • Ġun 26, 2019 15:06
  • Miktub minn iNews
"

    Raġel ta' 45 sena kien ikkundannat tliet xhur ħabs wara li nstab ħati li sabbat lit-tifel ta' 13-il sena mal-ħajt għax ma riedux jieħu l-logħob tal-Playstation għand ommu.

    Ir-raġel, li dak iż-żmien kien għaddej mill-proċess ta' separazzjoni minn m'omm it-tifel, kien mixli li wettaq dan ir-reat fit-30 ta' Ottubru 2015 ġewwa d-dar tiegħu f'Santa Luċija. 

    Dak il-ħin fid-dar kien hemm ukoll it-tifel l-ieħor tal-koppja u wara li t-tfal irritornaw m'ommhom din l-ewwel ħaditu l-poliklinika u mbagħad marret tagħmel rapport l-għassa tal-Pulizija fejn bdiet tinvestiga.

    Il-missier tressaq fil-Qorti tal-Maġistrat fejn fix-xiehda tiegħu t-tifel sostna li missieru ħabbtu mal-ħajt darbtejn u mbuttah minn għajnu waqt li anke ħuh, li kellu 10 snin, ikkonferma l-inċident.

    Min-naħa tiegħu l-missier ċaħad li sawwat lil ibnu u sostna li kulma għamel kien li żammu minn spallejh bħala mod ta' dixxiplina. Huwa akkuża wkoll lill-omm li riedet tkabbar l-inċident biex tpattihilu.

    Il-Qorti tal-Maġistrati sabet lill-missier ħati u ikkundannatu tliet xhur ħabs madankollu huwa appella fejn baqa' jinsisti li ma sawwtux u li dak li għamel kien biex jiddixxiplina lil ibnu.

    Minkejja dan l-Imħallef Edwina Grima, li semħet l-appell, għamlitilu ċara li huwa ma setax jinqeda bl-iskuża tad-dixxiplina biex jaġixxi kif għamel fil-konfront ta' ibnu.

    “Tant kien irrabjat il-missier għal ibnu u tant huwa impikat mal-omm fl-aġir tiegħu fil-konfront ta' uliedu li fil-fatt iż-żewġ minuri jirrakkuntaw li apparti l-ferita fl-ispalla l-missier reġa' ikkoreġa lil ibnu billi tah daqqa fuq rasu”, żiedet tgħid waqt li ċaħditlu l-appell.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0