“Kienet tħeġġiġna biex ngħidu t-talba tar-Rużarju qabel l-ikel“

  • Ġun 26, 2019 10:33
  • Miktub minn iNews
"

    “Tifla ferriħija, attiva, tħobb il-ħajja, sportiva, enerġetika u mimlija mħabba”. Hekk kienet deskritta ċ-ċkejkna Elisa fi stqarrija maħruġa ftit sigħat qabel tingħata l-aħħar tislima.

    Iċ-ċkejkna kienet tħobb tgħannaq lil kull min tiltaqa’ miegħu b’tgħanniqa mimlija għożża u mħabba. Il-karattru tagħha kien wieħed perseveranti u tibqa’ taħdem qatigħ sakemm tasal għal għanijiet tagħha. Il-qraba żiedu jgħidu li Elisa dejjem apprezzat ir-rigali kollha tal-ħajja u dan kien rifless fit-talb sabiħ ta’ ringrazzjament li kienet tikteb.

    Elisa kellha mħabba speċjali għall-pets u b’għozza kbira kienet tindukrahom u titfissed magħhom. Kienet tħobb tqatta’ ħafna ħin ħdejn il-baħar u togħdos għas-sea shells. Il-kant kien ukoll namra speċjali tagħha.

    Iżda fuq kollox it-talb kien ċentrali għall-ħajja tagħha u kienet hi stess li kienet tħeġġeġ lill-familja biex jgħidu t-talba tar-Rużarju qabel l-ikel… sikwit kienet tgħidilna “Jiena ta’ Ġesu”.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0