[FILMAT] Kirjiet privati b'massimu ta' 5% żieda fil-prezz... Il-Gvern jipproponi riforma dwar il-kera

  • Ġun 26, 2019 10:13
  • Miktub minn iNews
"

    Hekk kif ressaq il-proposta tar-riforma tal-kera l-Prim Ministru Joseph Muscat qal li 80% tal-Maltin u l-Għawdxin huma sidien ta’ darhom u għalhekk ma nistgħux npenġu sitwazzjoni fejn kulħadd qiegħed jgħix fil-kera u li jinsab fi kriżi.

    Muscat qal li l-ħsieb ta’ dan il-gvern permezz ta’ din ir-riforma hi tingħata l-għajnuna lil kull min għandu bżonn fosthom;

    - Dawk li qegħdin fil-kera u jonqoshom l-aħħar imbuttatura biex ikunu sidien ta’ darhom

    - Dawk li qatt qabel ma kellhom bżonn għajnuna iżda fl-aħħar żmien minħabba sitwazzjonijiet bħalma huma separazzjoni u d-divorzju sabu ruħhom f’diffikultà.

    - Dawk li qegħdin f’ċirku ta’ kundizzjonijiet ta’ saħħa li ma jistgħux jaslu waħidhom u għalhekk il-gvern għandu jintervjeni.

    - Dawk li qegħdin jikru post u għandhom inċertezza għax is-sid filgħodu jista’ jitlob żieda jew jhedded li jkeċċi.

    L-Att dwar il-kirjiet

    L-Att dwar il-kirjiet Privati Residenzjali jsib il-bilanċ bejn l-obbligi u d-drittijiet tas-sidienu l-familji fil-kera bil-għan li s-suq tal-kera f'Malta jibda joffrialternattiva u akkomodazzjoni fit-tul.

    Kirja ta’ Sena

    F’dan il-kuntratt l-ewwel xahrejn huma obbligatorji għall-inkwilin. L-inkwilin jista’ jinħall mill-kuntratt billi javża lis-sid sa mill-anqas xahar qabel.

    Muscat tkellem dwar l-indirizz tal-inċertezza u f’perjodu minimu ta’ kirja ta’ sena fejn is-sid irid javża lill-inkwilin dwar jekk hux lest li jġedded sa minn tliet xhur qabel jintemm il-kuntratt u jekk jonqos milli jagħmel dan il-kirja tiġġedded b’mod awtomatiku.

    Kirja ta’ sentejn

    F’dan il-kuntratt l-ewwel erba’ xhur huma obbligatorji għall-inkwilin. Wara l-ewwel erba’ xhur, l-inkwilin jista’ jinħall mill-kuntratt billi javża lis-sid sa mill-anqas xahrejn qabel.

    Is-sid minn naħa tiegħu irid javża lill-inkwilin sa mill-anqas tliet xhur qabel jintemm il-kuntratt dwar jekk hux lest li jġedded il-kuntratt.

    Kirja ta’ tliet snin jew aktar

    F’dan il-kuntratt l-ewwel sitt xhur huma obbligatorji għall-inkwilin u wara dan il-perjodu jista’ jinħall mill-kuntratt billi javża lis-sid sa tliet xhur qabel.

    Is-sid irid javża lill-inkwilin dwar jekk hux lest li jġedded sa minn tliet xhur qabel jintemm il-kuntratt u jekk jonqos milli jagħmel dan il-kirja tiġġedded b’mod awtomatiku għan-numru ta’ snin stabbiliti fil-kuntratt oriġinali.

    Żidiet Permissibbli tal-kirja

    Filwaqt li dawn iż-żidiet se jkunu qegħdin jiġu komunikati mill-Awtorità tad-Djar l-massimu taż-żieda fil-kirja ma jistax jeċċedi l-5% fis-sena.

    Il-Kreditu tat-taxxa

    Sidien li joffru kuntratt ta’ sentejn jew aktar se jibbenefikaw minn kreditu ta’ taxxa li huwa bbażat fuq id-daqs tal-proprjetà u d-urata tal-kirja.

    Kuntratti qosra

    Il-liġi tipproponi li tirregola kirjiet qosra għal ħaddiema barranin temporanji li se jkunu impjegati għal sitt xhur jew anqas, studenti li jsegwu korsijiet qosra, inkwilini barranin li ma jkunux qegħdin ifittxu li jistabilixxu r-residenza ordinarja f’Malta u inkwilini Maltin li jeħtieġu jikru residenza ordinarja għal perjodu qasir ta’ anqas minn sitt xhur. Dan it-tip ta’ kuntratt ma jistax jiġi mġedded.

    Ħlas bil-quddiem

    L-Att jobbliga lis-sid li bħala ħlas bil-quddiem ma jistax jitlob aktar minn xahar kera għalkemm is-sid jibqa’ liberu li jitlob depożitu ta’ garanzija kontra d-danni.

    Reġistrazzjoni

    Il-kuntratt irreġistrat huwa prova tal-fatt li l-inkwilin ikun qiegħed jirrisjedi f’dik il-proprjetà. Mal-kuntratt se tkun qiegħda tiġi ppreżentata formula H tal-ARMS li tindika kemm ikun hemm persuni jgħixu fil-fond u l-formula N li tawtorizza lill-inkwilin li jkun jaf kemm ikkonsma ilma u elettriku. 

    L-Att jipproponi li f’każijiet li s-sid ma jkunx konformi mal-liġi u ma jirreġistrax, l-inkwilin se jkun jista’ jinforma s-sezzjoni tal-Infurzar u Moniteraġġ, is-sid jingħata ċans jikkonforma u jekk jibqa ma jagħmilx dan jista’ jeħel sa €10,000 multa.

    X’jiġri jekk l-inkwilin jirrifjuta li joħroġ mill-proprjetà fi tmiem il-kirja?

    Permezz tar-reġistrazzjoni, is-sid se jkun jista’ jitlob kumpens quddiem il-bord li jirregola l-kera għax iservi ta’ prova li l-inkwilin ma jkunx żamm mal-kundizzjonijiet.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0