Mara tagħmel l-eżamijiet f'sodda ta' sptar nofs siegħa biss wara li twelled lil binha!

  • Ġun 11, 2019 20:29
  • Miktub minn iNews
"

    Mara Etjopjana għamlet l-eżamijiet li tant kienet preparat għalihom fi sptar ta’ sodda nofs siegħa biss wara li welldet lil binha.

    Almaz Derese, ta’ 21 sena daħlet l-isptar ilbieraħ filgħodu ftit tas-sigħat biss qabel ma kellha tagħmel l-eżamijiet tas-sekondarja.

    Hija kienet qed tittama li jirnexxilha tlesti l-eżamijiet qabel ma twelled, madankollu l-eżamijiet kienu posposti għal-lum kaġun tar-Ramadan.

    Madankollu żewġha, Tadese Tulu, irnexxielu jikkonvinċi lill-awtoritajiet tal-iskola biex tkun tista’ tagħmel l-eżamijiet xorta waħda mis-sodda fl-Isptar Karl Mettu, fil-belt ta’ Metu fil-Punent tal-Etjopja.

    Il-mara qalet li riedet li tagħmel l-eżamijiet tal-Ingliż, tal-Amharic, u tal-Matematika biex tkun tista’ tapplika għal kors universitarju ta’ sentejn.

    F’kummenti li tat lill-aġenzija tal-aħbarijiet BBC, Derese qalet li fl-eżamijiet kollox mar hekk kif mistenni, u żiedet tgħid li b’xorti tajba anke binha jinsab f’saħħa tajba.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0