[FILMAT] Il-President George Vella jgħid li jrid jassigura xogħol dinjituż għall-ħaddiema kollha f’Malta

  • Ġun 11, 2019 17:41
  • Miktub minn iNews
"

    “Jekk irridu niżguraw ekonomiji sostenibbli, għandna bżonn li ħadd ma jaqa’ lura. Jien din insejħilha tmexxija etika. Huwa għal din ir-raġuni li mbarkajt fuq l-impenn li nissalvagwardja xogħol dinjituż għall-ħaddiema kollha f’Malta kemm jekk ikunu Maltin, barranin jew ħaddiema migranti bħala l-pilastru tal-mandat presidenzjali tiegħi.”

    Sostna dan il-President tar-Repubblika George Vella waqt li kien qed jindirizza l-konferenza annwali ta’ livell għoli tal-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xogħol (ILO) f’Ġinevra, l-Iżvizzera fl-okkażjoni taċ-ċentinarju tagħha. Preżenti għal din il-konferenza kien hemm ukoll is-Segretarju Ġenerali tal-General Workers’ Union (GWU) Josef Bugeja. 

    F’dan l-ewwel impenn uffiċjali tiegħu barra minn Malta, il-President Vella tkellem dwar xogħol diċenti u l-futur tax-xogħol, li hi wkoll t-tema magħżula mill-ILO għal din is-sena. Huwa enfasizza li, “l-impjegi dejjem jinbidlu. It-teknoloġija ġodda dejjem ħolqu għodod ġodda. U għodod ġodda biddlu l-mod kif inwettqu l-irwoli u d-dmirijiet tagħna fuq il-post tax-xogħol.” 

    Il-President tenna li d-dmir tagħna huwa dak li niżviluppaw u nżommu l-pass mal-industrija li kulma jmur qed tiddependi aktar mit-teknoloġija, inkluż bl-Intelliġenza Artifiċjali fost oħrajn. Qal li dan irridu nagħmluh f’approċċ li jkun iffukat fuq il-bniedem. 

    “Issa aktar minn qatt qabel, xogħol diċenti huwa wieħed mill-pilastri ewlenin li fuqhom l-ILO ġiet stabbilita mitt sena ilu u jibqa’ l-pedament għas-seklu li jmiss ta’ din l-aġenzija tripartitika tan-Nazzjonijiet Uniti,” qal il-President Vella.

    Huwa kompla jgħid li rridu nkomplu nisħqu fuq il-bżonn immedjat li nsaħħu u nħarsu d-drittijiet fundamentali tal-bniedem għall-ħaddiema tal-lum irrispettivament mill-età tagħhom, sess jew reliġjon.

    “Il-Gvernijiet kollha għandhom jimmiraw fuq il-prosperity with a purpose. Il-preżenza tagħna llum hawn tagħtina l-opportunità li niffurmaw mhux biss is-sena li għandna quddiemna u l-ħajjiet ta’ miljuni ta’ persuni iżda s-seklu li jmiss ta’ progress u s-suċċess tal-ILO.” 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0