[FILMAT] Titwaqqaf uffiċjalment il-linja tal-ajru Malta Air

  • Ġun 11, 2019 16:58
  • Miktub minn iNews
"

    Il-kumpanija Ryanair ħabret investiment kbir f’pajjiżna hekk kif se titwaqqaf kumpanija sussidjara bl-isem ta’ ‘Malta Air’. Din il-kumpanija għall-bidu se tkun qed topera b’sitt ajruplani imma mistenni li dawn jiżdiedu għal għaxar ajruplani fuq medda ta’ madwar tliet snin.

    Dan tħabbar mill-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi fejn iż-żewġ naħat esprimew is-sodisfazzjon kbir għal din il-kollaborazzjoni.

    B’investiment ta’ €600 miljun Ryanair se tkun qed tmexxi madwar 200 ħaddiem Malta u tiġġenera mal-350 impjieg ġdid.

    Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li jinsab sodisfatt b’din il-kollaborazzjoni li se tkun tassew qiegħda tarrikixxi l-prodott turistiku ġewwa Malta. Il-Ministru Mizzi spjega li Ryanair diġà topera minn pajjiżna 61 rotta u b’dan il-ftehim ifisser li mhux biss se jibqgħu f’pajjiżna iżda se jikbru u se jkabbru l-isem ta’ Malta. B’dan il-mod, l-isem ta’ Malta ħa jkun qiegħed preżenti f’aktar ajruporti fejn mhux biss se jżied l-għarfien dwar pajjiżna imma se jkun hemm ukoll tkabbir sostenibbli fit-turiżmu anka fix-xitwa.

    Ic-CEO ta’ Ryanair Michael O’Leary irringrazzja lil dawk kollha li waslu biex jintlaħaq dan il-ftehim u jinsab sodisfatt b’din il-kollaborazzjoni. Huwa nnota li l-kumpanija Ryanair għandha preżenza kbira f’Malta fejn ilha topera għal madwar 12-il sena. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0