Fitter tal-Enemalta jieħu €12,600 fuq 'meters' imbagħbsa

  • Ġun 11, 2019 14:23
  • Miktub minn iNews
"

    Raġel li kien iwaħħal l-'smart meters' ġie ordnat jagħti lill-Gvern it-€12,600 li ħa mingħand numru ta' klijenti biex iwaħlilhom 'meters' imbagħbsa.

    Il-Pulizija kienet infurmata bil-każ mill-Internal Audit Unit tal-Enemalta wara li din investigat numru ta' 'meters' li ġew modifikati biex jirreġistraw inqas konsum.

    Matul din l-investigazzjoni l-Enemalta bagħtet il-meters l-Italja biex jiġu ittestjati u irriżulta li wħud minnhom kienu qed jaqraw sa 70% u 91% inqas milli suppost.

    Wieħed mill-'fitters' investigati kien Emanuel Micallef bil-Pulizija tressaq diversi persuni biex jixhdu kif ħadilhom il-flus biex iwaħlilhom 'meters' li jaqraw inqas.

    Mill-provi rriżulta li huwa tħallas €1,600 mingħand Mario Vella; €1,200 mingħand David Galea; €1,500 mingħand George Mifsud; €1,300 minn Joseph Stivala; €1,000 mingħand Carmelo Agius; €1,200 mingħand Georgina Baldacchino; €1,400 mingħand Victor Schembri; €1,000 mingħand Joseph Pace; €1,200 mingħand Joseph Cucciardi u €1,200 mingħand Matthew Pace.

    Quddiem dawn il-provi l-Maġistrat Donatella Frendo Dimech sabitu ħati li rċieva flus li ma kienux dovuti lilu bħala impjegat pubbliku u ikkundannatu sentejn ħabs sospiżi għal erba' snin.

    Hija poġġietu wkoll taħt ordni ta' superviżjoni għal sentejn, rabtitu li  jagħmel 100 siegħa xogħol fil-kommunita u anke ordnat l-interdizzjoni ġenerali perpetwa fil-konfront tiegħu.

    Il-prosekuzzjoni fil-konfront ta' Micallef tmexxiet mill-Ispettur Matthew Vella.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0