“Ma nitgħallmu qatt” … Il-Viċi Sindku ta’ Marsaskala tikkundanna l-aġir irresponsabbli ta’ kuntrattur

  • Ġun 11, 2019 13:57
  • Miktub minn iNews
"

    “Ma nitgħallmu qatt.” Hekk saħqet ma’ Inewsmalta Janice Falzon, il-Viċi Sindku eletta għal Marsaskala, b’referenza għat-twaqqigħ ta’ binja fil-lokalità li wasslet biex ir-residenti tal-inħawi jkunu affettwati minn tniġġis sostanzjali tal-arja.

    Falzon ikkundannat ukoll l-aġir irresponsabbli tal-kuntrattur li ma ħax ħsieb li jkollu l-prekawzjonijiet neċessarji għall-portata ta’ skart tal-kostruzzjoni u tal-istess tniġġis tal-arja li nħoloq fil-lokalità matul il-jum tal-bieraħ.

    Hija tenniet li l-Kunsill Lokali għandu jinżamm informat b’tali żvilupp u dan biex jagħmel ċert li l-kuntratturi jkunu qed jużaw il-prekawzjonijiet kollha neċessarji biex jissalvagwardja l-ambjent u n-nies tal-lokalità. Falzon temmet tgħid li dan is-sit speċifiku huwa iktar vulnerabbli minn siti oħrajn peress li l-iskart mill-kostruzzjoni u t-tniġġiż tal-arja huma ta’ detriment kbir għar-riżerva naturali tal-Magħluq u l-ispeċi tagħha l-Bużaqq, kif ukoll għan-nies tal-madwar.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0