Pulizija Awstraljan ta' dixxendenza Maltija ferut serjament f'għonqu b'lanza wara li jintervjeni f'arrest

  • Ġun 11, 2019 12:59
  • Miktub minn iNews
"

    Pulizija Awstraljan ta’ dixxendenza Maltija sofra ġrieħi serji wara li qala’ daqqiet f’għonqu u idu b’lanza. Il-Kunstistabbli Jacob Vella, ta’ 24 sena, indarab waqt li flimkien mal-kollega tiegħu, intervjena biex jarresta lil raġel li kien inħareġ mandat ta’ arrest fil-konfront tiegħu.

    L-Assistent Kummissarju Peter Thurtell, f’kummenti li ta lill-midja, qal li Vella sofra ġrieħi serji partikolarment f’għonqu wara li allegatament safa attakkat b’lanza minn iben is-suspettat. Huwa żied jgħid li Vella jinsab f’qagħda stabbli wara operazzjoni ta’ emerġenza li saritlu.

    L-inċident seħħ fil-belt ta’ Sadler, ftit qabel is-7.00 a.m. ħin lokali.

    L-allegat aggressur kien arrestat fuq il-post u mistenni li se jkun qed jitressaq fuq attentat ta’ qtil.

    Raġel ieħor qed jinżamm mill-pulizija biex jgġinhom fl-investiggazzjonijiet.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0